X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:19°C L:16°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Armi tan-nar

Armi tan-nar u munizzjon

Aħna nagħtu l-akbar prijorità lis-sigurtà abbord l-ajruplani tagħna. Għal din ir-raġuni, l-armi tan-nar għandhom ir-regoli speċjali tagħhom meta jinġarru abbord it-titjiriet tagħna. Huwa importanti li taqra l-istruzzjonijiet ta' hawn taħt bir-reqqa sabiex tifhem il-proċedura sħiħa tal-ivvjaġġar bl-armi tan-nar fuq l-ajruplani tal-Air Malta.

  

Kif tippakkja l-armi tan-nar tiegħek

Meta tkun qed tipprepara sabiex tivvjaġġa b'armi tan-nar u/jew munizzjon, għandek issegwi dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa:


● L-armi tan-nar u/jew il-munizzjon jiġu aċċettati biss bħala bagalja rreġistrata jekk jiġu ppakkjati f'valliġġa addattata jew jekk jiġu ppakkjati b'mod sigur f'bagalja mal-affarijiet personali tiegħek. 

● Kull arma tan-nar li tinġarr għandha tkun akkumpanjata miċ-ċertifikat adegwat tagħha. 

● Mhuwiex permess li ġġorr munizzjon separat. Minflok, il-munizzjon għandu jiġi ppakkjat jew fl-ippakkjar oriġinali tiegħu jew inkella f'kontenitur addattat li jipprevjeni li jkun hemm moviment bejn id-depożiti jew l-iskrataċ.

● Tista' tippakkja biss sa 5kg ta' munizzjon għall-użu personali tiegħek.

● L-armi tan-nar jiġu kkunsidrati bħala parti mill-bagalja rreġistrata tiegħek sakemm ma taqbiżx il-limitu tal-piż. F'dak il-każ, inti jkollok tħallas it-tariffi normali li japplikaw fuq il-bagalji b'piż żejjed.

IMPORTANTI:

Boroż jew kontenituri li jkun fihom munizzjon qatt ma għandu jkollhom tikketti li jgħidu li fihom 'splussivi'.


Qabel tivvjaġġa

Inti għandek iċċempel jew tibgħat email liċ-ċentru ta' kuntatt tagħna mill-inqas 72 siegħa qabel it-titjira tiegħek jekk għandek il-ħsieb li tivvjaġġa b'armi tan-nar u/jew munizzjon. Dan sabiex tiżgura l-konformità mar-regolamenti u l-obbligi nazzjonali u Internazzjonali. Jekk tonqos milli tagħmel dan ma titħalliex titla' fuq l-ajruplan.


Qabel it-titjira tiegħek, ser ikollok bżonn tagħmel ukoll arranġamenti separati għal skorta tal-pulizija sabiex tkun disponibbli waqt iċ-check-in. L-ispejjeż għall-preżenza tal-pulizija għandhom jitħallsu minnek stess.


Notifika għandha tinkludi:


Armi tan-nar

● Il-kwantità

● It-tip (pistola, xkubetta, senter)

● Id-ditta/il-mudell

● Il-kalibru


Munizzjon

● Il-kwantità (il-piż) u l-kalibru

Il-Proċedura tat-Tlugħ fuq l-Ajruplan

● L-iskorta tal-pulizija għandha tieħu ħsieb l-arma tan-nar waqt iċ-check-in, tul il-proċeduri tad-dwana u sa fuq l-ajruplan.

● Jeħtieġ li inti tiddikjara l-preżenza tal-munizzjon fil-bagalja rreġistrata tiegħek mal-uffiċjali tas-sigurtà, li min-naħa tagħhom għandhom jivverifikaw li ma jinqabiżx il-piż permess.

● Fl-aħħarnett, ser ikollok bżonn tippreżenta d-dokumentazzjoni u l-liċenzji kollha meħtieġa għall-arma tan-nar jew il-munizzjon tiegħek. Dawn jinkludu liċenzji tal-esportazzjoni/importazzjoni u awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet lokali u nazzjonali.


Barra minn hekk, japplikaw ir-regoli li ġejjin: 

● Inti għandek tkun fiċ-check-in mill-inqas sagħtejn qabel it-titjira tiegħek, sabiex b'hekk ikun hemm biżżejjed ħin għall-ipproċessar tad-dokumenti qabel l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà.

● L-armi tan-nar għandhom dejjem jiġu ttrasportati separatament mill-munizzjon.

● Mhuwiex permess li jiġi ttrasportat munizzjon bi projettili li jistgħu jisplodu jew jieħdu n-nar.


Għal aktar tagħrif dwar oġġetti oħrajn li huma ristretti mill-bagalji, żur din il-paġna



Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn