X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:31°C L:23°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Bagalji Speċjali

Aħna nieħdu ħsieb il-bagalja speċjali tiegħek

Kull vjaġġ huwa differenti. Ħu miegħek dak li għandek bżonn.

Jekk għandek bżonn tieħu oġġett speċjali lejn id-destinazzjoni tiegħek, aħna dejjem nipprovaw nakkomodawk. Filwaqt li l-ħtiġijiet tiegħek ivarjaw minn vjaġġ għal ieħor, f'din il-kategorija ser issib uħud mid-dettalji ewlenin li ser ikollok bżonn.

Il-kumpanija Air Malta bħalissa qiegħda tikklassifika dawn li ġejjin bħala bagalji speċjali:

Strumenti Mużikali

Aħna għandna l-pjaċir li ngħinuk iġġorr l-apparat mużikali miegħek lejn/minn Malta jew 'lil hinn minnha.

L-istrumenti u/jew l-apparat mużikali jiġu aċċettati bħala bagalja rreġistrata, bagalja tal-idejn jew bagalja tal-kabina — skont id-daqs u l-forma tagħhom. Jekk ser tirreġistra l-istrumenti mużikali tiegħek, jekk jogħġbok għinna nżommu l-istrument tiegħek f'kundizzjonijiet siguri billi tippakkjah f'valliġġa b'saħħitha.

Liema Strumenti Nista' Nirreġistra?

L-istrumenti jew l-apparat mużikali kollha jistgħu jiġu rreġistrati jekk il-piż totali jaqa' fi ħdan il-limitu normali tal-bagalja tiegħek. Jekk taqbeż il-limitu tal-piż permessibbli, inti jkollok tixtri vawċer għal bagalja b'piż żejjed.

Ara t-tariffi standard għal bagalji b'piż żejjed.

 

Xi Strumenti Nista' Nieħu Miegħi bħala Bagalja tal-Idejn?

Kitarri u strumenti mużikali żgħar oħrajn, bħal vjolini, jiġu aċċettati minflok il-bagalja tal-idejn li inti intitolat li ġġorr miegħek mingħajr ħlas fuq it-titjiriet diretti li noperaw aħna. Dawn l-oġġetti għandhom joqogħdu faċilment fil-kompartamenti ta' fuq ras il-passiġġieri.

Għal strumenti akbar bħal vjolinċelli, jew jekk l-istrument tiegħek huwa fraġli wisq biex jinġarr bħala bagalja rreġistrata, aħna nirrakkomandawlek li tibbukkja siġġu separat fuq l-ajruplan. Għal tagħrif dwar il-prezzijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja t-taqsima tal-prenotazzjonijiet


Mediċina u Apparat Mediku

Is-saħħa u l-kumdità tiegħek abbord it-titjiriet tagħna huma l-prijorità tagħna. Jekk għandek bżonn iġġorr ċertu apparat mediku bħal tant tal-ossiġenu jew mediċina fuq it-titjira tiegħek, jekk jogħġbok imla l-Formola Medika mill-inqas 24 siegħa qabel it-titjira tiegħek. 

Inti ser ikollok bżonn tippreżenta ċertifikat mediku mingħand it-tabib tiegħek li jikkonferma li l-medikazzjoni/apparat huma tassew meħtieġa. Jeħtieġ li ċ-ċertifikat jinkludi d-dettalji tal-medikazzjoni u l-użu maħsub tagħha.

Armi tan-nar

L-armi tan-nar maħsuba biex jintużaw f'avvenimenti sportivi għandhom ir-regoli speċjali tagħhom meta jinġarru abbord it-titjiriet tagħna. Aqra aktar.

Vjaġġjar bl-Annimali Domestiċi

Aħna nafu sew kemm jistgħu jkunu importanti għalik l-annimali domestiċi tiegħek, allura għala ma teħodhomx miegħek meta tmur għal vaganza?
Għandek tliet għażliet biex iġġorr l-annimal domestiku tiegħek fuq it-titjiriet skedati tal-Air Malta:

  1. L-annimali domestiċi mġarra fil-kabina tal-passiġġieri (PETC)
  2. Annimali Domestiċi bħala Bagalja Rreġistrata (AVIH) – disponibbli mis-27 ta’ Ottubru 2013.
  3. Annimali domestiċi fl-Istiva tal-merkanzija

Apparat għat-Trabi u t-Tfal

Inti ġenitur? Aħna ngħinuk iġġorr l-apparat għat-tfal tiegħek sabiex ikollhom vjaġġ komdu u rilassanti. Dan jinkludi buggies li jingħalqu, li jistgħu jintużaw sakemm tasal sat-taraġ tal-ajruplan, fejn imbagħad dawn jinżammu fl-istiva u jingħataw lura lilek malli tasal fid-destinazzjoni tiegħek.


Jekk għandek siġġu riservat għat-tarbija tiegħek (iżgħar minn sentejn), aħna nirrakkomandawlek li ġġib miegħek is-siġġu tas-sigurtà tat-tarbija tiegħek. Minħabba r-regolamenti tas-sigurtà, jekk jogħġbok ibgħat email lit-tim ta' impjegati tagħna li jieħdu ħsieb il-passiġġieri mill-inqas 24 siegħa qabel it-tluq skedat tiegħek sabiex tikkonferma li t-tip ta' siġġu li għandek jista' jittella' abbord.

Affarijiet tal-ikel

Ir-regolamenti tas-sigurtà jvarjaw skont il-pajjiż li tkun ser titlaq minnu. Jekk għandek bżonn tieħu ikel speċjali miegħek abbord, jekk jogħġbok ikkuntattja liċ-ċentru telefoniku tagħna għall-għajnuna. 


Oġġetti Oħrajn

● Tipprattika xi sport? Aħna għandna offerta separata għall-bagalja tiegħek. Żur il-paġna relatata mal-apparat sportiv sabiex issir taf xi trid tagħmel.


● Japplikaw ukoll regoli speċjali għal-likwidi li ġġorr fil-bagalja tal-idejn tiegħek. Tgħallem aktar dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-bagalji


● Żur is-sezzjoni tal-għajnuna għal assistenza fl-użu tas-siġġijiet tar-roti u apparat ieħor ta' għajnuna għall-mobilità


Għal oġġetti li mhumiex inklużi fil-lista ta' hawn fuq u li tixtieq iġġorr miegħek fil-kabina, bħal ilbiesi tat-tieġ, jista' jkun li jkollok bżonn tixtri siġġu żejjed. Aħna nissuġġerulek tikkuntattjana sabiex nagħtuk struzzjonijiet speċifiċi.


Għas-sigurtà tiegħek u tal-passiġġieri l-oħrajn li jkunu miegħek fuq l-ajruplan, huwa strettament ipprojbit li ttella' miegħek oġġetti bil-ponta, bix-xifer jaqta' jew spuntati u sustanzi splussivi, li jieħdu n-nar, kimiċi u tossiċi. Żur il-paġna tagħna dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-bagalji sabiex titgħallem aktar.


Kif tibbukkja l-bagalja speċjali tiegħek

1 Tista' tibbukkja l-bagalja speċjali tiegħek billi tikkuntattja liċ-ċentru telefoniku tagħna. Sib id-dettalji ta' kuntatt hawnhekk.


2 Kun lest li tikkwota ismek, kunjomok u l-kodiċi ta' referenza tal-prenotazzjoni mill-biljett tiegħek (magħmul minn sitt ittri). 


3 Aħna nirrakkomandaw lill-passiġġieri kollha tagħna biex jibbukkjaw il-bagalja speċjali mill-inqas 48 siegħa qabel it-tluq tat-titjira sabiex jevitaw iċ-ċans li jisfaw diżappuntati.


4 Kun żgur li l-prenotazzjoni tiegħek tiġi kkonfermata b'email qabel terħilha lejn l-ajruport. 


5 Filwaqt li aħna nagħtu attenzjoni massima lill-oġġetti personali tiegħek, huwa rrakkomandat ħafna li tibbukkja polza tal-assigurazzjoni separata sabiex tkopri l-valur tal-bagalja speċjali tiegħek f'każ ta' telf jew ħsara.

 





Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn