It-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Bagalji b'Piż Żejjed


F'dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet: "Inti", "Tiegħek" u “Inti stess” jirreferu għall-utent ta' din il-websajt li xtara jew li qiegħed ifittex biex jixtri vawċer għal bagalji b'piż żejjed minn fuq din il-websajt. “Air Malta” tfisser Air Malta p.l.c (kumpanija rreġistrata f'Malta bin-numru tar-reġistrazzjoni C-2685) fl-indirizz: Head Office, Aviation Park, Luqa LQA 9023, Malta.

  1. Il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed jinxtara għat-titjira li fuqha jkun ibbukkjat il-passiġġier. Il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed jinxtara speċifikament minnek sabiex tużah fuq it-titjira u fid-data indikati minnek fuq din il-formola online għal vawċer għal bagalja b'piż żejjed. Il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed huwa validu biss biex jintuża fuq it-titjira u fid-data indikati fuq il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed.

  2. Il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed huwa soġġett għal rifużjoni f'każ li l-Air Malta tonqos milli tonora kwalunkwe impenn kuntrattwali stipulat fil-vawċer tiegħek għal bagalja b'piż żejjed (inkluż jekk l-Air Malta tonqos milli topera t-titjira li magħha huwa relatat il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed); bil-kundizzjoni li tali nuqqas mill-Air Malta milli tonora kwalunkwe impenn kuntrattwali ma jkunx dovut għal xi żball imwettaq minnek stess.

  3. Il-piż żejjed jista' jinxtara minnek minn fuq din il-websajt fi blokok ta' kilogrammi biss (jiġifieri 1-5 Kg, 6-10 Kg, eċċ.), u l-prezz attwalment imħallas minnek huwa għall-blokka sħiħa ta' Kilogrammi magħżula, irrispettivament minn jekk il-blokka ta' Kilogrammi mixtrija fil-fatt ġietx utilizzata kollha minnek. Dawk il-Kilogrammi mixtrija minnek minn fuq din il-websajt li jibqgħu ma jintużawx ma jistgħux jissarrfu fi flus jew fi kwalunkwe forma oħra. Jiddependi mill-ammont ta' piż żejjed attwalment meħtieġ minnek, xi drabi jista' jiġik irħas li tixtri l-piż żejjed fl-ajruport (pereżempju, jekk ikollok bżonn 3 Kilogrammi biss ta' piż żejjed, allura xi drabi jista' jiġik irħas li tixtri l-piż li teħtieġ fl-ajruport minflok tixtri blokka ta' 1-5 Kg minn fuq din il-websajt). Sabiex tqabbel bejn ir-rati għal kull Kg ta' piż żejjed mixtri bl-internet u r-rati għal kull Kg ta' piż żejjed mixtri fl-ajruport (kif applikabbli għas-servizzi diretti tal-Air Malta), jekk jogħġbok irreferi għal din il-link.

  4. Huwa importanti li l-vawċer għal bagalja b'piż żejjed jiġi ppreżentat minnek waqt iċ-check-in fl-ajruport, minħabba li l-vawċer għal bagalja b'piż żejjed huwa l-uniku mezz disponibbli għall-Air Malta sabiex tivverifika x-xiri online tiegħek minn fuq din il-websajt. Jekk il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed ma jiġix ippreżentat fiċ-check-in, allura l-Air Malta ma jifdallhiex għażla oħra ħlief li titolbok tħallas ir-rata applikabbli għax-xiri tal-piż żejjed fl-ajruport, sakemm ma tippreżentax fiċ-check-in xi dokument ieħor suffiċjenti u raġonevoli li jista' jservi ta' evidenza tal-vawċer mixtri minnek bl-internet.

  5. Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt statutorju applikabbli għall-konsumaturi.

  6. Il-piż massimu għal kull bagalja li tinġarr mill-Air Malta ma għandux ikun ta' aktar minn 32 Kilogramma.

  7. Il-vawċers għal bagalja b'piż żejjed jistgħu jinxtraw bl-internet minn fuq din il-websajt sa 4 sigħat qabel it-tluq tat-titjira tiegħek.

  8. L-Air Malta tirriserva d-dritt li tvarja, timmodifika, tħassar jew iżżid ma' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin u mingħajr notifika minn qabel. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiffamiljarizza ruħek ma' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet sabiex tiżgura li tkun taf bi kwalunkwe bidla li ssir. Kull bidla li ssir f'dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet ma taffettwax it-termini u l-kundizzjonijiet tal-vawċer għal bagalja b'piż żejjed diġà mixtri minnek.

  9. L-Air Malta tirriserva d-dritt li tbiddel ir-rati/il-prezzijiet għall-piż żejjed mixtri bl-internet u/jew ir-rati/il-prezzijiet għall-piż żejjed mixtri fl-ajruport, fi kwalunkwe ħin u mingħajr notifika minn qabel. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiffamiljarizza ruħek ma' dawn ir-rati sabiex tiżgura li tkun taf bi kwalunkwe bidla li ssir. Kull bidla li ssir f'dawn ir-rati/il-prezzijiet ma taffettwax il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed diġà mixtri minnek.

  10. Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għandhom jiġu rregolati, analizzati, infurzati u interpretati skont il-Liġijiet ta' Malta. Kwalunkwe tilwima, kontroversja u/jew pretensjoni li tirriżulta minn jew b'konnessjoni ma' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għandha tkun soġġetta esklussivament għall-ġurisdizzjoni tal-Qrati ta' Malta.

  11. Il-bagalji kollha jinġarru skont il-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta huma parti integrali minn dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet minnek timplika li qed taċċetta l-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta.

  12. It-termini u l-kundizzjonijiet dwar l-użu tal-websajt huma parti integrali minn dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet minnek timplika li qed taċċetta t-Termini u l-Kundizzjonijiet dwar l-Użu tal-Websajt tal-Air Malta.

  13. Jekk jiġi stabbilit li xi parti minn dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet hija invalida jew mhux infurzabbli skont il-liġi applikabbli, dik id-dispożizzjoni invalida jew mhux infurzabbli titqies bħala li tista' tiġi sostitwita minn dispożizzjoni valida u infurzabbli li tkun taqbel l-aktar mal-intenzjoni tad-dispożizzjoni oriġinali, filwaqt li l-bqija ta' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għandhom jibqgħu validi u fis-seħħ.

Aħna nirrakkomandawlek tipprintja dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għar-rekords tiegħek.
Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet ġew immodifikati l-aħħar fil-21 ta' Novembru 2011.








Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!