Bagalji rreġistrati
Il-Bagalja rreġistrata tiegħek
Kun af eżatt x'tista' tieħu miegħek
Afdana biex neħdulek ħsieb il-bagalja rreġistrata tiegħek, minn dak il-ħin li tasal quddiem id-desk tas-servizz tagħna sakemm tiġborha mid-destinazzjoni tiegħek.
Tagħrif essenzjali
L-ammont ta' piż tal-bagalja li tista' tirreġistra jiddependi fuq il-klassi tal-ivvjaġġar tal-biljett tiegħek.
Klassi tal-Ivvjaġġar
|
Piż Permess |
| Club Malta |
30 kg kull persuna |
| Economy |
20 kg kull persuna
|
Tgħallem aktar dwar id-diversi benefiċċji tal-klassijiet tal-ivvjaġġar tagħna.
Il-limitu eżatt tal-piż tal-bagalja dejjem ikun indikat fuq il-biljett tiegħek. Żur
Kif Nara l-Prenotazzjoni Tiegħi biex iddaħħal il-kodiċi tal-PNR tiegħek u tikseb din l-informazzjoni.
Tfal u Trabi
| Trabi (0 - 2 sentejn) |
10 kg għal kull tarbija |
| Tfal u Minuri (3- 16-il sena) |
L-istess limiti tal-piż tal-bagalji applikabbli għall-adulti |
• Ikklikkja hawnhekk jekk tixtieq aktar dettalji dwar l-ivvjaġġar bi trabi u tfal.
• Ikklikkja hawnhekk jekk teħtieġ is-Servizz ta' Assistenza lil Minuri Mhux Akkumpanjat.
Skont il-Biċċa jew skont il-Piż?
Il-bagalja rreġistrata tiegħek tingħadd skont il-piż u mhux skont il-biċċa. Dan ifisser li inti tista' tqassam il-kontenut tiegħek bejn il-biċċiet differenti ta' bagalja individwali, skont kif tara li jaqbel, sakemm ma taqbiżx il-piż totali permessibbli (ara fuq).
Tajjeb li tkun taf li xi kumpaniji tal-ajru għandhom regoli differenti li japplikaw għall-bagalji rreġistrati. Inti għandek tikkuntattja lill-aġenzija tal-ivvjaġġar tiegħek jew titkellem direttament mal-kumpanija tal-ajru inkwistjoni jekk parti mill-itinerarju tal-vjaġġ tiegħek ikun jinvolvi kumpanija tal-ajru oħra.
Jekk għandek xi dubju, staqsi lill-uffiċjali li jaħdmu fl-ajruport, li min-naħa tagħhom jistgħu jiggwidawk dwar ir-regolamenti tal-bagalji rreġistrati għal vjaġġ li jkun jinvolvi kumpanija tal-ajru oħra.
Għal dawk li jivvjaġġaw fi gruppi ta' tnejn jew aktar
Billi mhux kulħadd ikollu bżonn iġorr l-istess piż fil-bagalji tiegħu, inti tista' taqsam il-limitu tal-piż tal-bagalja tiegħek ma' dawk li jkunu qegħdin jivvjaġġaw miegħek, alternattiva li tippermetti li xi wħud iġorru aktar mil-limitu tal-piż individwali tagħhom, bil-kundizzjoni li l-piż totali tal-bagalji tal-grupp ma jaqbiżx il-piż totali permess għall-grupp. Intom tistgħu tibbenifikaw minn dan is-servizz biss jekk tkunu qegħdin tagħmlu ċ-check-in flimkien u jekk tkunu ser tivvjaġġaw fuq l-istess rotta lejn l-istess destinazzjoni finali.
Għandek bżonn iġġorr bagalja b'aktar piż?
Jekk ikollok bżonn tirreġistra bagalja b'aktar piż minn dak li huwa allokat lilek mingħajr ħlas, tista' tagħmel dawn l-arranġamenti b'mod konvenjenti bl-internet. Ara t-tariffi u ixtri l-piż tal-bagalja li teħtieġ.
Jekk tipprova tirreġistra bagalja li taqbeż il-piż permessibbli, din titqies bħala bagalja b'piż żejjed u mbagħad inti jkollok l-għażla li tħallas għall-piż żejjed mad-desk tas-servizzi.
Ftakar li bagalja waħda rreġistrata qatt ma għandha tkun tiżen aktar minn 32 kg, irrispettivament minn jekk il-limitu tal-piż żejjed tal-bagalja jkunx inqabeż jew le. Il-kontenut kollu li jaqbeż il-limitu ta' 32 kg għandu jiġi ppakkjat mill-ġdid f'basktijiet separati.
X'ma għandix ninkludi fil-Bagalja rreġistrata tiegħi?
Minħabba r-regolamenti internazzjonali, hemm xi restrizzjonijiet fuq dak li tista' tippakkja fil-bagalja rreġistrata tiegħek. Aħna nżommu lista aġġornata tal-oġġetti perikolużi li ma jistgħux jiġu inklużi fil-bagalja u din tista' tiġi kkonsultata hawnhekk.
L-ivvjaġġar lejn/mill-Istati Uniti tal-Amerika
Meta tkun qed tipprepara l-bagalja rreġistrata tiegħek biex tivvjaġġa lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, ftakar li għandek tiċċekkja r-restrizzjonijiet tat-TSA (l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà tat-Trasport tal-Istati Uniti) fuq l-użu tal-katnazzi. Ċerti oġġetti, bħal materjal li jieħu n-nar, huma kompletament ipprojbiti fuq titjiriet lejn u mill-Istati Uniti tal-Amerika, kemm fil-bagalji rreġistrati kif ukoll fil-bagalji tal-idejn. Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok żur il-
websajt tat-TSA.
Aqra aktar dwar l-ivvjaġġar lejn l-Istati Uniti tal-Amerika
Bagalji li ssirilhom il-ħsara, li jaslu tard jew li jintilfu
F'xi każijiet rari, jistgħu jinqalgħu problemi li jwasslu biex il-bagalja tiegħek tintilef jew tispiċċa tasal tard. Jekk tiffaċċja tali kwistjoni bil-bagalja tiegħek u jkollok bżonn l-għajnuna, aħna ser nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex ngħinuk. Il-persunal tagħna ddedikati għall-klejms relatati mal-bagalji huma lesti li jwieġbu l-mistoqsijiet kollha tiegħek.
Sabiex issir taf aktar, żur is-sezzjoni
tal-għajnuna relatata mal-bagalji.