Il-Lounges

Il-lounge fl-ajruport
Aċċess għal-lounge esklussiva

Irrilassa qabel tibda l-vjaġġ tiegħek

Jekk inti persuna li b'mod persistenti trid tara kif ser tlaħħaq mal-iskedi mimlijin tiegħek u d-domandi ma jaqtgħu xejn, l-ivvjaġġar magħna jagħtik l-opportunità ta' waqfa ta' mistrieħ biex tkun tista' tiffoka, tidħol f'konverżazzjoni u tirrilassa qabel tibda l-vjaġġ tiegħek.

Għal din ir-raġuni, aħna ngħaqadna f'inizjattiva mal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta biex noffrulek aċċess għal-lounge esklussiva tal-La Valette Club, sabiex b'hekk tkun tista' tgawdi l-ambjent u l-atmosfera pjaċevoli kemm qabel kif ukoll wara t-titjira tiegħek magħna.

Fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta

Jekk ser tivvjaġġa mal-kumpanija tal-ajru tagħna lejn jew minn Malta u trid tapprofitta ruħek mill-offerti vantaġġjużi tal-Club Malta, aħna għandna l-pjaċir li noffrulek aċċess komplimentari għal-lounges tal-La Valette kemm fiż-żona tal-wasla kif ukoll f'dik tat-tluq.

Il-lounge toffrilek iċ-ċans li tgawdi firxa ta' faċilitajiet, inkluż xorb u ikel ħafif mingħajr ħlas, żoni riservati għat-tipjip u faċilitajiet ta' Wi-Fi. Din il-lounge, li għandha dekor modern u ambjent aktar kwiet, hija l-post perfett sabiex tirrilassa qabel tkompli jew tibda l-vjaġġ tiegħek. 

Tgħallem aktar dwar il-La Valette Lounge fl-MIA.

Għandek il-Kard tal-Flypass Diamond? Jekk iva, inti mistieden sabiex tgawdi din il-lounge esklussiva fis-sala tat-tluq qabel tibda l-vjaġġ tiegħek. Barra minn hekk, inti tista' saħansitra tistieden persuna oħra biex tingħaqad miegħek jekk tkunu għamiltu ċ-check-in flimkien u jekk tkunu ser tivvjaġġaw fuq l-istess titjira. Din il-possibbiltà hija soġġetta għad-disponibbiltà f'dak il-ħin. 


 
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!