Imsieħba

Nivvjaġġaw Flimkien Għalik - Netwerk b'saħħtu ta' msieħba

Air Malta sservi ħafna mid-destinazzjonijiet maġġuri Ewropej, iżda għad ma ntirux kullimkien. Din hija r-raġuni għala naħdmu ma’ linji tal-ajru oħrajn li jaħsbuha bħalna sabiex ngħinuk tasal fejn trid u kemm jista’ jkun mingħajr intoppi

Il-Partners Tagħna tal-Codesharing

Stabbilixxejna sħubiji ta’ codeshareing mal-linji internazzjonali tal-ajru ewlenin. Fi ftit kliem, codesharing huwa  ftehim bejn l-Air Malta u linja tal-ajru oħra fdata li jippermettilek tibbukkja l-vjaġġ kollu tiegħek billi tuża l-kodiċi ‘KM’ tal- Air Malta, kemm jekk inservu d-destinazzjoni tiegħek direttament kif ukoll jekk le.

Inti faċilment tista’ tidentifika liema titjiriet tal-Air Malta huma operati mill-partners tagħna. Kull ma għandek tagħmel hu li tara n-numru tat-titjira: titjiriet codesharing jintgħarfu għax jużaw in-numru tat-titjira “KM” fil-medda tal-2000.

Il-benefiċċji tal-codesharing jinkludu:

  • Biljett wieħed għall-vjaġġ kollu tiegħek, mill-buking saċ-check-in
  • Tikseb boarding passes fl-istess ħin għat-titjiriet kollha tiegħek*
  • Tagħmel check-in tal-bagalja tiegħek darba u tirċieviha fid-destinazzjoni finali tiegħek.
  • Skedi aktar konvenjenti għal konnessjonijiet aktar faċli
  • Opportunitajiet akbar biex tiggwadanja Flypass KMiles.
L-Imsieħba tagħna huma:

  • Aeroflot
  • Air France
  • Austrian Airlines
  • Brussels Airlines
  • Emirates
  • Etihad Airways
  • Lufthansa
  • Meridiana fly
  • Swiss International Air Lines 
  • Turkish Airlines

Ftakar...  

  • li għandek tagħmel check-in mal-linja tal-ajru li tkun qed topera t-titjira inizjali tiegħek.
  • Li r-restrizzjonijiet fuq il-bagalji u l-piżijiet permessi jistgħu jvarjaw abbażi tal-linja tal-ajru li tkun qed topera t-titjira tiegħek. Dejjem għandek tiċċekkja mal-linji tal-ajru kollha fuq l-itinerarju tiegħek sabiex tagħmel ċert li inti konformi.

* Boarding passes huma disponibbli biss fuq it-titjiriet kollha mal-linji tal-ajru partners li ġejjin: Air France, Emirates, Etihad Airways u Lufthansa






Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!