X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
imsahhab hafna H:19°C L:15°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Tibdiliet fiċ-Check-in tat-Titjiriet fl-Air Malta

Data: Il-Ġimgħa, 4 ta’ Ottubru 2013
Ref: 074-2013 MT


Bħala parti mill-impenn tal-linja tal-ajru li ttejjeb is-servizz tal-klijenti u l-prestazzjoni tagħha li tasal fil-ħin, l-Air Malta tinsab fil-proċess li tintroduċi tibdiliet fil-proċess ta’ check-in mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u fl-ajruporti varji li jinsabu fin-netwerk tagħha. 

B’effett immedjat, il-linja tal-ajru introduċiet counter veloċi għal passiġġieri li jkunu qed jivjaġġaw b’hand luggage mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan il-counter, li jinsab fil-Uffiċċju tal-Bejgħ tal-Air Malta fiż-żona tat-tluq, sejjer ikun disponibbli kuljum matul l-iktar ħinijiet impenjattivi, jiġifieri bejn is-6:00a.m. u d-9:00a.m. u bejn is-1:00pm u l-5:00pm.

Mill-Ħadd, 27 ta’ Ottubru, l-Air Malta qiegħda tibdel ukoll il-ħinijiet ta’ għeluq taċ-check-in għal titjiriet li jitilqu minn Malta u minn ajruporti barranin oħrajn. Il-passiġġieri qegħdin jiġu infurmati li l-counters taċ-check-in fl-ajruporti jagħlqu 45 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq. Dawn il-ħinijiet il-ġodda japplikaw kemm għall-passiġġieri tal-klassi Club kif ukoll għall-passiġġieri tal-klassi Economy. Barra minn hekk, il-passiġġieri tal-klassi Club b’hand luggage biss, xorta jistgħu jagħmlu check-in sa 30 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq. 

Iċ-check-in tal-passiġġieri kemm tal-klassi Club kif ukoll ta’ dik Economy li jkunu qegħdin jivjaġġaw lejn/minn Tripoli, Benghazi, Algiers u Tel Aviv sejjer jagħlaq 60 minuta qabel il-ħin skedat ta’ tluq. 

Il-counters taċ-check-in fl-ajruporti kollha sejrin jibqgħu miftuħin għal mill-inqas sagħtejn qabel il-ħin skedat ta’ tluq.  

Ma huwa se jkun hemm ebda tibdil fis-servizzi ta’ check-in online u minn fuq il-mowbajl. 

Dawn it-tibdiliet qegħdin jiġu implimentati bil-għan li jittejjeb is-servizz tal-klijenti, il-ħinijiet ta’ tħejjija tal-ajruplan għal titjira oħra u l-Prestazzjoni fil-Ħin tal-ajruplan (OTP - On Time Performance). Il-linja tal-ajru qiegħda tieħu l-OTP tagħha b’serjetà kbira u s-sena li għaddiet wettqet riċerka estensiva fuq il-kawżi tad-dewmien. F’Jannar ta’ din is-sena, il-kumpanija bdiet timplimenta rakkomandazzjonijiet varji u l-bidla fil-ħinijiet ta’ check-in hija parti minn dan il-programm. Sejrin isegwu inizjattivi oħrajn.

L-aġġustamenti għall-proċess magħmula diġà qed jagħtu riżultati u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena (Jannar-Ġunju 2013), il-linja tal-ajru tejbet il-prestazzjoni tagħha li tasal fil-ħin b’5% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Matul dan il-perjodu, 85% tat-titjiriet tal-Air Malta (tluq u wasliet) telqu f’inqas 15-il minuta mill-ħin skedat ta’ tluq tagħhom.

Aktar informazzjoni dwar dawn it-tibdiliet tista’ tiġi aċċessata minn fuq il-portal tal-Air Malta http://www.airmalta.com/information-mt-mt/at-the-airport-mt-mt .

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn