Ħu lill-maħbub jew maħbuba tiegħek f'dimensjoni oħra f'Jum San Valentinu bil-Love Plane tal-Air Malta

Frar 20, 2013

Fl-14 ta' Frar, f'Jum San Valentinu, l-Air Malta qiegħda torganizza l-'Love Plane', titjira speċjali ta' sagħtejn, organizzata speċifikament biex toffri s-serata perfetta. It-titjira, li mistennija tkun mimlija sorpriżi, hija mmirata għal koppji li qegħdin ifittxu mod speċjali u uniku biex jiċċelebraw dan il-jum speċjali.

Malli jagħmlu ċ-check-in, il-koppji jingħataw trattament sħiħ ta' VIP. It-titjira ta' sagħtejn titlaq fit-8 ta' filgħaxija u tillandja lura f'Malta madwar l-10 ta' filgħaxija. Il-koppji jittajru fuq il-kosta ta' Sqallija u l-Muntanja Etna filwaqt li jgawdu ikla romantika speċjali fil-għoli tas-smewwiet. Il-biljett b'kollox inkluż huwa disponibbli għall-prezz ta' €99 kull persuna.

Dan l-avveniment ser jiġi ffilmjat u fotografat u mbagħad aktar tard ser jiġi kondiviż fuq il-midja soċjali tal-kumpanija tal-ajru.

L-Air Malta tixtieq tirringrazzja lill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u lil VASCAS għall-appoġġ tagħhom, kif ukoll lil La Valette Club, Camilleri Wines u l-Ħwienet b'Bejgħ Mingħajr Dazju minn Nuance, Sky Gourmet, Teleflor International, Baci u Nescafe'.

Għal aktar informazzjoni, tista' ċċempel lill-Air Malta fuq 2299 9620 jew iżżur l-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.

1