‘Take a Break’ – Is-sale tal-Air Malta Beda

Novembru 3, 2016

Data: Il-Ħamis, 3 ta’ Novembru 2016
Ref: 080-2016 MT

L-Air Malta qiegħda tniedi skont promozzjonali għal perjodu limitat fuq it-titjiriet kollha, li jibda minn Euro 35 għal direzzjoni waħda, inklużi t-taxxi u t-tariffi. 20 destinazzjoni qegħdin jiġu skontati għall-ivvjaġġar bejn is-7 ta’ Novembru 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2017.

L-iskont ser jibqa’ miftuħ għal 96 siegħa biss u jibda minn nhar il-Ħamis, 3 ta’ Novembru f’12:00pm sat-Tnejn, 7 ta’ Novembru fil-11:59am. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-websajt tal-linja tal-ajru www.airmalta.com, mill-call centre fuq +356 21662211 u mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-linja tal-ajru li jinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

Il-promozzjoni tal-linja tal-ajru hija disponibbli għal titjiriet lejn/minn Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Londra (Heathrow u Gatwick), Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi, Praga, Ruma, Palermo, Vjenna u Zurich. 

Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà. Terminu u kundizzjonijiet jistgħu japplikaw. Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com, jew illoggja fuq www.facebook.com/AirMalta .

L-Air Malta topera skeda ta’ titjiriet b’ħinijiet konvenjenti lejn/minn ajruporti ta’ bliet ewlenin, filwaqt li toffri aċċess u konnessjonijiet faċli bi skeda ta’ titjiriet affidabbli. Fimkien ma’ linji tal-ajru msieħba oħrajn, l-Air Malta toffri netwerk ta’ aktar minn 100 destinazzjoni. Il-linja tal-ajru ta’ Malta żżomm l-impenn tagħha li toffri valur għall-flus u servizz superjuri kemm fil-kabini ta’ klassi “economy” kif ukoll f’dawk ta’ klassi “business” tagħha.

Il-linja tal-ajru toffri wkoll, mingħajr ħlas, lill-klijenti tagħha l-ġarr ta’ bagalja tal-idejn waħda ta’ 10 kg u bagalja normali ta’ 20 kg anke lil dawk li jkollhom biljett tal-aktar klassi baxxa tal-ivjaġġar “Simply Fly”.

Il-passiġġieri ta’ Business Class jingħataw allowance ta’ żewġ bagalji tal-idejn li jammontaw għal piż totali ta’ 15 kg u allowance ta’ żewġ bagalji li jitpoġġew fl-istiva (b’massimu ta’ 64 kg) għall-klijenti.tagħha ta’ “Business Anytime”.

1