Paul Sies Jinħatar Bħala l-Uffiċjal Kap Kummerċjali l-Ġdid tal-Air Malta

Jannar 12, 2017

Data: L-Erbgħa, il-11 ta’ Jannar 2017
Ref: 001-2017 EN

L-Air Malta ħatret lil Paul Sies bħala Uffiċjal Kap Kummerċjali. Paul se jibda f’din il-kariga b’effett immedjat u se jkun inkarigat mit-tmexxija tal-attività kummerċjali kollha.

Paul jingħaqad mal-Air Malta b’rekord tajjeb ħafna wara li għal aktar minn 25 sena ħadem f’livell ta’ maniġment anzjan biex jiżviluppa negozji għal organizzazzjonijiet kbar li jinkludu British Airways, Virgin, Centerparcs, u konsumaturi magħżula tal-linja tal-ajru u (dawk online) ta’ Sabre. 

B’suċċess, hu ttrasforma u nieda linji tal-ajru u lukandi ġodda fil-Belġju, il-Kuwait, Dubai, l-Eġittu, Franza, il-Ġermanja, il-Libja, il-Kamerun, it-Tuneżija u l-aktar riċenti fin-Netherlands, l-Arabja Sawdija, il-Belġju, l-Ingilterra u La Runion. 

Paul ġie impenjat mill-Air Malta biex ikompli jaħdem fuq l-azzjonijiet ta’ żviluppi kummerċjali innovattivi mnieda minn Ursula Silling li waqfet mill-kariga tagħha fl-aħħar tas-sena li għaddiet. 

“Paul iġib miegħu minjiera ta’ esperjenza ta’ negozju kummerċjali tal-linji tal-ajru internazzjonali. L-għarfien tiegħu fil-kummerċ elettroniku, il-kummerċjalizzazzjoni, l-iżvilupp tan-netwerks u t-tibdil fil-ġestjoni fl-industrija tal-avjazzjoni se jkunu ta’ vantaġġ għall-Air Malta. Mhuwiex faċli li tattira t-talent bħal dan b’esperjenza internazzjonali u din il-ħatra tkompli turi r-reputazzjoni tajba tal-Air Malta fin-negozju tal-avjazzjoni internazzjonali. Jien ninsab kunfidenti li hu l-kandidat ideali biex ikompli jmexxi l-bidla fid-diviżjoni kummerċjali tagħna u biex jiġġenera sorsi ġodda ta’ dħul għal-linja tal-ajru,” qal Joseph Galea, l-Aġent Kap Eżekuttiv tal-Air Malta.

Dwar il-ħatra l-ġdida tiegħu, Paul qal, “Peress li fil-passat ħdimt mill-qrib fuq diversi proġetti mal-Air Malta, hu tassew ta’ pjaċir għalija li nibda naħdem direttament għal-linja tal-ajru. Nemmen li l-isfond vast tiegħi fit-tibdil amministrattiv jista’ jkun ta’ benefiċċju fil-ħidma mal-maniġment tal-Air Malta sabiex immexxu l-linja tal-ajru ’l quddiem. Mhijiex ħaġa ta’ kuljum li jkollok l-opportunità taħdem għal ditta li tgawdi minn rispett kbir bħall-Air Malta u li jkollok l-opportunità li tkun parti mill-kitba mill-ġdid tal-istorja tal-futur tagħha. Ninsab ħerqan ħafna li naħdem mal-Air Malta, minn naħa, li għandi l-opportunità li ngawdi minn din il-klima u dawn l-inħawi eċċellenti.”


Paul Sies, Uffiċjal Kap Kummerċjali, Air Malta. Ritratt: Jason Muscat.

 

1