Mejju 13, 2015
Date: It-Tlieta, it-12 ta’ Mejju 2015
Ref: 037-2015
Wara s-suċċess tal-promozzjoni, l-Air Malta qed testendi bi tlett ijiem l-offerta tagħha ta’ titjiriet ta’ ritorn b’xejn minn Katanja ma’ kwalunkwe titjira ta’ ritorn mixtrija fuq in-netwerk tagħha. L-offerta, li issa ġiet estiża sal-Ġimgħa l-15 ta’ Mejju 2015 fit-08:00pm, ġiet organizzata biex jiġu ċċelebrati l-35 sena ta’ servizzi tal-linja tal-ajru lejn Katanja.
Il-promozzjoni hija disponibbli għal kwalunkwe biljett bir-ritorn mixtri għal vjaġġi f’Ġunju lejn/minn kwalunkwe destinazzjoni tal-Air Malta b’kull mezz, inklużi s-sit web tal-linja tal-ajru www.airmalta.com, iċ-ċentru ta’ assistenza, l-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, aġenti tal-ivjaġġar u l-bqija.
Il-biljetti ta’ ritorn lejn/minn Katanja jistgħu jinkisbu billi ċċempel liċ-ċentru ta’ assistenza sal-Ġimgħa l-15 ta’ Mejju u billi tikkwota r-referenza tal-prenotazzjoni jew in-numru tal-biljett. Il-vjaġġ kollu, inkluża t-titjira lejn/minn Katanja jrid isir f’Ġunju. Il-linja tal-ajru żiedet ukoll in-numru ta’ biljetti b’xejn li għalihom, il-linja tal-ajru sejra tħallas it-taxxi u l-miżati wkoll.
Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Għal iktar tagħrif, żur www.airmalta.com. Tista’ tikkuntattja liċ-ċentru ta’ assistenza tal-Air Malta fuq 21662211 biex tikseb il-biljett b’xejn.
L-Air Malta topera skeda ta’ titjiriet f’ħinijiet konvenjenti lejn ajruporti ta’ bliet ewlenin, li joffru aċċess u konnessjonijiet faċli bi skeda ta’ titjiriet li tista’ toqgħod fuqhom. Flimkien mal-linji tal-ajru msieħba tagħha, l-Air Malta toffri netwerk ta’ iktar minn 100 destinazzjoni.
Il-linja tal-ajru Maltija żżomm l-impenn tagħha li toffri prezzijiet ta’ valur għall-flus u servizz superjuri kemm fil-kabini tal-klassi ‘economy’ kif ukoll dawk fil-klassi ‘business’ tagħha. Il-linja tal-ajru toffri wkoll lill-klijenti tagħha l-possibbiltà li jtellgħu abbord ‘hand luggage’ waħda ta’ 10kg u bagalja ta’ 20kg, fejn il-piż jista’ jinqasam ma’ oħrajn, b’xejn lill-passiġġieri tal-klassi ‘economy’ tagħha. Il-passiġġieri ‘Club Class’ jistgħu jtellgħu żewġ ‘hand luggages’ li f’daqqa jiżnu sa 15kg kif ukoll bagalja ta’ 30kg.