L-Ebda Miżati għall-Bagalji għall-100% tal-Klijenti tal-Air Malta

Ġunju 3, 2016

Data: Il-Ħamis 2 ta’ Ġunju, 2016
Ref: 042-2016 MT

L-Air Malta hija kburija li tgħid li filwaqt li kompetitur fuq ir-rotta ta' Malta ħabbar tnaqqis fil-miżati fuq il-bagalji, l-linja Nazzjonali tkompli toffri lill-klijenti tagħha allowance b’xejn ta’ 20kilogramma għall-bagalja waħda u bagalja oħra ta’ 10kilogramma ta’ hand luggage. Il-linja tal-ajru Maltija tiftaħar li toffri allowance ta’ bagalji ħielsa min kull miżata anka fuq l-aktar noll baxx tagħha s-‘Simply Fly’.

Minkejja dan it-tnaqqis imħabbar illum, passiġġier li jivvjaġġaw bejn Milan u Malta u jġorru bagalja ta’ 20kilogramma xorta se jiġu mitlub Ewro 50 fuq titjira ta’ ritorn minn din il-linja tal-ajru low-cost. Jekk il-vjagg jkun aktar minn 3 sigħat għal / minn Malta (inkluż id-destinazzjonijiet lejn ir-Renju Unit) passiġġieri jintalab Ewro 100 għall-bagalji tiegħu fuq titjira ta’ ritorn. M'hemm l-ebda miżati bħal dawn għall-klijenti tal-Air Malta li jivvjaġġaw lejn / minn kull destinazzjoni. Il-passiġġieri fil-Business Class jingħataw konċessjoni b’xejn ta’ żewġ biċċiet bagalji tal-idejn għal piż totali ta’ 15-il kg u sa biċċtejn bagalji (massimu ta’ 64 kg) għall-klijenti ‘Business Anytime’. Għal aktar informazzjoni dwar l-ivjaggar bil-bagalji mal-Air Malta żur: www.airmalta.com/information-mt-mt/baggage-mt-mt .


L-Air Malta tagħti l-aqwa għażla għall-vjaġġaturi bejn l-Italja u Malta b’għażla ta’ 34 titjira fil-ġimgħa u l-akbar numru ta’ frekwenzi għal kull destinazzjoni meta mqabbla ma’ kwalunkwe operatur ieħor.  Il-Linja tal-Ajru Nazzjonali Maltija sejra tibda topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn/minn Palermo kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis u ser żżomm ir-rotta matul ix-xitwa. Dawn it-titjiriet sejrin joperaw flimkien mat-13-il titjira fil-ġimgħa li diġà tagħmel bejn Malta u Katanja/Sqallija u jsaħħu l-pożizzjoni tal-linja tal-ajru bħala l-operatur ewlieni bejn l-Italja u Malta. 

Il-linja tal-ajru Maltija ser tkompli tkun l-akbar operator lejn Londra u r-Renju Unit b’għażla ta’ aktar minn 30 titjira fil-ġimgħa lejn l-ajruporti ta’ Londra f’Heathrow u Gatwick, Birmingham, Bristol, Cardiff, Exeter u Manchester.

L-Air Malta topera skeda ta’ titjiriet b’ħinijiet konvenjenti lejn/minn ajruporti fi bliet ewlenin, u toffri aċċess u konnessjonijiet faċli bi skeda ta’ titjiriet affidabbli. Flimkien ma’ linji sħab oħra, l-Air Malta toffri netwerk ta’ aktar minn 100 destinazzjoni. Il-linja tal-ajru Maltija żżomm sħiħ mal-impenn tagħha li toffri prezzijiet li jagħtu valur għall-flus u servizz superjuri kemm fil-kabini tal-klassi ekonomika kif ukoll fil-business class. 

-tmiem-

1