Lulju 20, 2015
Data: Il-Ġimgħa, 17 ta’ Lulju 2015
Ref: 049-2015 MT
Ilbieraħ, l-Air Malta nediet - The Sky Spa - l-ewwel esperjenza ta’ spa mingħajr ħlas abbord titjira kummerċjali b’distanza qasira.
It-titjiriet KM 116/7 lejn/minn Gatwick f’Londra intgħażlu sabiex fuqhom jiġi introdott is-servizz abbord esklussiv u innovattiv ta’ trattamenti ta’ spa li ebda linja tal-ajru oħra ma toffri mingħajr ħlas lill-passiġġieri li jivvjaġġaw fil-klassi Economy.
Din l-inizjattiva saret possibbli grazzi għal kollaborazzjoni ma’ Myoka Spas, li huma magħrufin sewwa fl-industrija tal-ispa u s-sbuħija f’Malta u ser tkun disponibbli fuq it-titjiriet magħżula.
Il-klijenti xxurtjati tal-Air Malta ġew ippreżentati wkoll b’vawċer ta’ 20€ li jista’ jintuża fi kwalunkwe waħda mill-ispas ta’ Myoka Spa f’Malta, sabiex b’hekk ingħataw sorpriża li tassew ma tintesa qatt.
L-inizjattiva kienet suċċess kbir u ħolqot ħafna interess fuq il-midja soċjali tal-Air Malta, speċjalment fuq Facebook (www.facebook.com/AirMalta) b’mijiet ta’ likes u shares.
Din l-esperjenza hija biss il-bidu u parti minn sensiela ta’ proġetti simili li ser tkun qiegħda tniedi l-Air Malta fil-futur qrib bil-għan li ttejjeb l-esperjenza tal-klijenti u turi li l-linja tal-ajru Jimpurtaha Aktar.
-tmiem-

Żewġ terapisti professjonali laqgħu lill-passiġġieri b’diversi kampjuni ta’ prodotti tas-sbuħija u aktar tard matul it-titjira pprovdewlhom trattamenti kumplimentari u lussużi, inklużi massaġġi tal-idejn, tas-saqajn u tal-għonq, waqt li setgħu joqogħdu jisimgħu mużika rilassanti.