L-Air Malta Żżid l-Għażla fil-Menù Abbord it-Titjira

Lulju 31, 2015

Date: Il-Ġimgħa, il-31 ta’ Lulju 2015
Ref: 050-2015

Mill-1 ta’ Awwissu, l-Air Malta ser tniedi Sky Bar Menu b’għażla riveduta ta’ firxa ta’ prodotti li wieħed jista’ jixtri abbord. Dawn il-prodotti sejrin jiġu offruti lill-klijenti apparti l-ilma u s-snack offruti b’xejn fuq it-titjiriet kollha. 

Ġew introdotti ditti ġodda ta’ kwalità biex ikun hemm għażla aħjar, inkluża varjetà ta’ tejiet, ħelu u xi għażliet ta’ ikel sħun ukoll. Jistgħu jinxtraw ukoll oġġetti oħrajn inklużi xi prodotti tal-Air Malta. 

L-iSky Bar Menu ser jiġi rivedut u jinbidel kull staġun. Dan ser jagħti lil-linja tal-ajru l-opportunità sabiex tisma’ x’jaħsbu l-klijenti u tinkludi jew tibdel prodotti li l-klijenti tagħha jistgħu jippreferu. 

“Din l-inizjattiva hija parti minn sensiela ta’ proġetti li l-linja tal-ajru ser tkun qed tniedi fil-ġimgħat li ġejjin. Għandha l-għan li tqiegħed lill-kljient fiċ-ċentru ta’ dak kollu li nagħmlu. Qed nirrevedu u ntejbu l-vjaġġ għall-klijent f’kull waqt possibbli. L-Air Malta tifhem li l-klijenti jixtiequ li jkollhom għażla u flessibbiltà u l-menù l-ġdid huwa pass f’dik id-direzzjoni”, ikkummentat Ursula Silling, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta. 

-tmiem-
1