L-Air Malta fi triqtha biex terġa' tibda tagħmel profitt

Ottubru 15, 2015

Data: Il-Ħamis, 15 t’Ottubru 2015
Rif: 065-2015 MT

- Kif imbassar fl-AGM tas-sena li għaddiet, it-telf għas-sena li ntemmet f'Marzu 2015 ġie kkonfermat li huwa ta' €16-il miljun
- It-telf imbassar tal-Air Malta din is-sena tnaqqas għal €4 miljuni: Tnaqqis minn €16-il miljun fl-2015 u minn €78 miljun meta l-linja tal-ajru daħlet fil-pjan ta' ristrutturar fl-2012.
- Il-fokus imur fuq il-kompetittività: tkabbir, produttività tal-ħaddiema u alleanza strateġika 

Ir-riżultati tal-Air Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja attwali juru li l-linja tal-ajru tinsab fi triqtha biex terġa' tibda tagħmel profitt, bil-kumpanija tbassar telf ta' €4 miljuni sa Marzu 2016.

Dan tħabbar matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Air Malta llum fejn fiha ġew irrapportati l-partiti finanzjarji awditjati għas-sena li ntemmet f'Marzu 2015, li, kif imbassar, urew telf ta' €16.4 miljun. 

Kontijiet verifikati għas-sena li ntemmet f'Marzu 2015 

Il-rapport finanzjarju awditjati tal-Air Malta, ippeżentati fl-AGM ta' din is-sena, urew telf ta' €16.4 miljun. 
 
"Dan minkejja l-għeluq tar-rotta tal-Libja u t-tnaqqis fin-numru ta’ passiġġieri mir-Russja, li kkontribwixxew għal telf ta' madwar €10 miljuni, żieda fil-kompetizzjoni fis-Sajf 2014 u linja tal-ajru li kienet prattikament mingħajr struttura maniġerjali," qalet iċ-Chairperson, is-Sinj. Maria Micallef.
 
Ir-riżultati tas-Sena Finanzjarja li ntemmet f'Marzu 2015 inkisbu wkoll grazzi għan-negozjati mill-ġdid tal-kuntratt tal-catering, li wassal għal tfaddil ta' aktar minn €4 miljuni fis-sena, u l-bejgħ ta' Selmun Palace Hotel Company Ltd. 
 
Is-Sinj. Micallef qalet li l-amministrazzjoni l-ġdida tal-kumpanija indirizzat l-affarijiet pendenti kollha li kienu elenkati fil-pjan ta' ristrutturar, inkluż il-kuntratti pendenti ta' negozjati mill-ġdid u d-divestiment ta' bosta negozji oħrajn. 
 
Ħarsa Ġenerali Lejn is-Sena Attwali 

Ir-riżultati tal-Air Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja attwali juru li l-linja tal-ajru tinsab fi triqtha biex terġa' tibda tagħmel profitt, bil-linja tal-ajru tbassar telf ta' €4 miljuni biss sa Marzu 2016.

"Ir-riżultati għall-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja kurrenti juru li l-Kumpannija hija €8.7 miljuni aħjar, mill-aspett ta’ profittabilità, meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet," qalet iċ-Chairperson Maria Micallef matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Air Malta.

"Jekk din ix-xejra pożittiva tibqa’ hekk - u jekk ma nesperjenzawx ostakli maġġuri bħal diżastri naturali jew azzjonijiet industrijali fis-sitt xhur li ġejjin – noħorġu mill-perjodu tal-programm ta’ ristrutturar b'telf ta' madwar €4 miljuni għas-sena li tagħlaq f’Marzu 2016, meta wieħed iqis li issa resqin ix-xhur kajmana tax-xitwa," żiedet tgħid.

"Għall-ewwel darba f'bosta snin, erġajna bdejna niksbu mill-ġdid is-sehem tagħna fis-suq, minkejja kompetizzjoni intensiva u seat capacity addizzjonali fuq rotot stabbiliti li jaffettwaw negattivament lil-linja tal-ajru."
 
"Issa, finalment, bdejna naħsdu l-benefiċċji tal-fatt li għandna fis-seħħ kuntratti xierqa," qalet.

Iċ-ċifri tal-passiġġieri u tad-dħul għal Lulju 2015 kienu saħansitra ogħla milli kienu f'Lulju 2013 li inkludew numri sostanzjali mil-Libja.

Il-linja tal-ajru ta' Malta qablet fuq pjan ta' ristrutturar mal-UE meta kienet qed tagħmel telf ta' €78 miljun, u dan juri kemm għamlet passi 'l quddiem il-kumpanija fi ftit snin biss sa mill-2012.
 
Is-Sinj. Micallef qalet li l-Air Malta għandha impjegati diliġenti u professjonali li issa jeħtieġ li tiżdied il-produttività b'25% f'xi oqsma sabiex il-linja tal-ajru tkun tista' tikkompeti ma' linji tal-ajru oħrajn pari tagħha u biex ma tibqax lura.

Jeħtieġ ukoll li tenfasizza l-ħtieġa li ssib sieħeb strateġiku.
 
"Irrispettivament minn kemm nindirizzaw l-ispejjeż tagħna, qatt ma nistgħu ninnegozjaw bl-istess saħħa bħal linji tal-ajru oħrajn li għandhom flotot ta’ mijiet ta' ajruplani. M’aħniex ser inkunu kapaċi ninnegozjaw l-istess prezzijiet għall-fjuwil, għall-manutenzjoni, għas-sistemi tal-IT u kull ħaġa oħra. Hekk ukoll, f’industrija li hija ddettata primarjament mill-ispejjeż u l-prezzijiet, dan ifisser li aħna qatt mhu ser inkunu nistgħu nikkompetu b'mod effettiv. Alleanza strateġika tista' tbiddel dan kollu. L-Air Malta għandha l-potenzjal li ssir parti minn network usa' li jkollu s-saħħa li jiddetta l-prezzijiet. Alleanza bħal din, tkun tista’ tforni n-network tagħna u tiżgura ż-żieda meħtieġa ta’ passiġġieri u dħul li tant għandna bżonn."
 
Is-Sinj. Micallef enfasizzat li matul dawn l-aħħar sitt xhur tal-Pjan ta' Ristrutturar, dawk kollha involuti għandhom juru kemm jinteressahom mil-linja tal-ajru. 

"Ejjew naħdmu id f'id sabiex niksbu riżultat li kollha kemm aħna nistgħu nkunu kburin bih. Ma nistgħux nħallu kwalunkwe interess personali jew ras iebsa itellfuna jekk irridu nilħqu dan. Ejjew minnflok, inkunu imsieħba ta’ pajjiż żgħir li ngħaqdu flimkien meta l-iktar kien meħtieġ, sabiex tintlaħaq xi ħaġa lil hinn minn pajjiżi ferm ikbar. Ejjew nuru li aħna jimpurtana aktar."

-tmiem-


Aqra d-diskors mic-Chairperson Maria Micallef hawn.

1