KLM u l-Air Malta jiffirmaw ftehim biex jaqsmu l-kodiċijiet bejniethom

Lulju 7, 2015

Date: Il-Ħamis, it-2 ta’ Lulju, 2015
Ref: 045-2015


KLM u Air Malta ffirmaw ftehim sabiex jaqsmu l-kodiċijiet bejniethom, li bih KLM ser tuża l-kodiċi u n-numri tat-titjiriet tagħha għal titjiriet operati mill-Air Malta bejn Malta u Amsterdam.
 
B’effett immedjat, dan il-ftehim ser jwassal sabiex KLM tkun tista’ toffri lill-klijenti tagħha servizzi ta’ kuljum bejn il-belt kapitali Olandiża u Malta. It-titjiriet tal-Air Malta lejn/mill-ajruport Schiphol ta’ Amsterdam ser ikunu konnessi man-netwerk globali estensiv ta’ KLM.

It-titjiriet ser ikunu operati mil-linja tal-ajru Maltija b’ajruplani Airbus A319/A320.

B’dan il-ftehim ta’ qsim tal-kodiċijiet, il-klijenti taż-żewġ linji tal-ajru ser igawdu minn servizzi ġodda, bħal “through check-in” għall-passiġġieri li jkollhom konnessjonijiet.

Meta kkummentat fuq dan il-ftehim, Ursula Silling, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qalet: “Dan il-ftehim ta’ qsim tal-kodiċijiet intlaħaq fi żmien partikolarment importanti għalina li fih qegħdin niċċelebraw l-40 sena ta’ operazzjonijiet tagħna lejn Amsterdam Schiphol. Ninsabu tassew ħerqanin b’dan il-ftehim ta’ qsim tal-kodiċijiet u ilna ħafna naħdmu sabiex infasslu dan il-qsim tal-kodiċijiet li ser iġib miegħu benefiċċji għall-klijenti tagħna. Permezz ta’ dan il-qsim tal-kodiċijiet, issa l-klijenti tagħna ser ikunu f’pożizzjoni li jibbenefikaw minn aċċess għal ħafna destinazzjonijiet Ewropej u interkontinentali operati minn KLM. Dan il-ftehim ikompli jżid mal-ftehim attwali ta’ qsim tal-kodiċijiet li għandna mal-Air France li hu wkoll joffri konnettività internazzjonali permezz tal-hubs ta’ Pariġi-Charles de Gaulle u Orly. Kemm l-Air Malta kif ukoll KLM jieħdu l-istess impenn favur il-klijenti tagħhom, bħal servizz superjuri u livelli għoljin ta’ sodisfazzjon fost il-klijenti tagħhom.”


Rene de Groot, Chief Operating Officer KLM said: “KLM is pleased to start this code-share with Air Malta. Customers from Malta can benefit from direct access to Amsterdam as a final touristic destination, as well as the worldwide KLM network offering 139 destinations all over the globe. This new code-share also enables KLM customers to visit the beautiful Island of Malta and its attractions.”L-iskedi tat-titjiriet (f’ħin lokali)


It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ġimgħa, il-Ħadd:
KM396/KL3398: titlaq minn Malta fit-07:40, tasal Amsterdam fil-10:50
KM397/KL3399: titlaq minn Amsterdam f’11:50, tasal Malta fit-14:50

Il-Ħamis, is-Sibt:
KM396/KL3398: titlaq minn Malta fit-07:50, tasal Amsterdam fil-11:00
KM397/KL3399: titlaq minn Amsterdam f’11:50, tasal Malta fit-14:50

Għal iktar tagħrif jew biex tipprenota, żur www.klm.com, www.airmalta.com jew ikkuntattja lill-aġent lokali tal-ivvjaġġar tiegħek.


1