Il-pjan ta’ tiġdid tal-flotta tal-Air Malta sejjer jiffranka €8.2 miljun kull sena filwaqt li jinġarru l-istess ammont ta’ passiġġieri

Lulju 30, 2015

Data: Il-Ħamis, 30 ta’ Lulju 2015
Ref: 051-2015

Il-pjan ta’ tiġdid tal-flotta tal-Air Malta sejjer jiffranka €41 miljun lil-linja tal-ajru tul il-ħames snin li ġejjin.


Dan joħroġ mill-kalkoli li ġew ippreżentati lill-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti ta’ Malta (MHRA) mill-Air Malta, li urew kif il-pjan ta’ tiġdid tagħha sejjer jiffranka lil-linja tal-ajru €8.2 milun fis-sena waqt li ttajjar l-istess ammont ta’ passiġġieri.

“L-utilizzazzjoni tal-ajruplan hija indikatur tal-prestazzjoni ewlieni fl-industrija. Minħabba li l-ajruplani jiswew ħafna biex tikrihom, iktar ma jintużaw ikbar ikun ir-redditu. Ma jagħmilx sens li tħalli assi li tant jiswew flus weqfin fix-xitwa għal aktar minn nofs il-ħin,” qal il-Kap Uffiċjal Eżekuttiv, Philip Micallef.

“Iffrankar annwali ta’ €8.2 miljuni huwa l-ikbar bidla sinifikanti waħdanija li tista’ tgħin lil-linja tal-ajru ma tagħmilx telf. Ħafna kuntratti diġà ġew innegozjati mill-ġdid, li jagħmel dan, pass ewlieni ’l quddiem f’dan il-proċess importanti,” qal.

Il-kompetituri tal-Air Malta jeċċellaw fl-utilizzazzjoni tal-flotta, b’EasyJet u Ryanair itajru kull wieħed mill-ajruplani tagħhom massimu ta’ bejn 15 u 16-il siegħa , meta mqabbel mal-Air Malta, li ttajjar l-ajruplani tagħha għal 12-il siegħa kuljum fl-eqqel ta’ Awwissu. 

Il-pjan il-ġdid tal-Air Malta huwa li tiżdied l-utilizzazzjoni massima tat-titjiriet għal 14-il siegħa kuljum għal kull ajruplan, filwaqt li tkompli ttajjar l-istess ammont ta’ passiġġieri, u potenzjalment saħansitra aktar. Dan ma jfixkilx it-traffiku massimu tas-sajf minħabba li ajruplani addizzjonali jistgħu jinkrew għal xahar f’Awwissu jekk il-flotta normali ma tlaħħaqx mal-kapaċità miżjuda. 

“Illum għandna flotta li tlaħħaq b’mod ġeneruż fil-perjodu tas-sajf, madankollu qegħdin nitilfu l-profitti kollha tagħna fix-xitwa meta ma jkollniex bżonn ta’ flotta kbira. Jeħtieġ bidla b’mod urġenti tal-mudell u noħolqu flotta ottimali li tkopri ħafna mis-sena, bil-potenzjal li tiżdied il-kapaċità skont il-bżonn. Dan jiffranka l-flus mingħajr ma jkollu impatt negattiv fuq kwalunkwe aspett ieħor tal-operazzjoni, għajr li kulħadd fl-Air Malta jeħtieġ li jaħdem b’mod effiċjenti,” qal il-Kap Uffiċjal Finanzjarju, is-Sur Klaus Gossler.

“Jekk ma nimplimentawx din il-bidla malajr kemm jista’ jkun, Air Malta tagħmel it-telf u ma jirnexxiliex taqleb il-folja tant mixtieqa, ħaġa li hija tant mistennija mill-Maltin,” qal.

-tmiem-
1