Il-Bizzilla - Ir-Rivista Ġdida Abbord l-Air Malta

Is-Sena l-Ġdida ħabbret rivista ġdida abbord it-titjiriet tal-Air Malta - Il-Bizzilla. Ir-rivista ġdida, li qiegħda toħroġ kull xahar, ġiet iddisinjata mill-ġdid fl-identità korporattiva ġdida u tirrifletti l-viżjoni ġdida tal-kumpanija tal-ajru u l-identità ta' “Intajru l-Kburija ta' Malta fis-Smewwiet”.

Meta kien qiegħed jikkummenta fuq ir-rivista l-ġdida, Philip Saunders, Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta qal, “Bħala l-ambaxxatriċi u gwida għal dak kollu li għandha x'toffri Malta, l-Air Malta għandha l-pjaċir li tniedi 'Il-Bizzilla'. Ir-rivista ġdida abbord it-titjiriet tagħna turi kif il-gżejjer Maltin huma mogħnija b'wirt storiku u kulturali għani u tagħmel id-destinazzjoni tagħna saħansitra aktar attraenti għall-viżitaturi. Aħna għażilna Il-Bizzilla bħala l-isem tar-rivista abbord it-titjiriet tagħna sabiex niċċelebraw il-lingwa Maltija.”

Kull xahar, ir-rivista tkun imfawra b'varjetà ta' artikli dwar il-ħajja Maltija kontemporanja, il-poplu ta' dawn il-gżejjer, postijiet li tista' żżur, l-ikel lokali, avvenimenti, in-negozju, il-proprjetà, l-aħħar aħbarijiet dwar l-Air Malta u suġġerimenti u fatti interessanti oħrajn li jassistu lill-viżitaturi waqt iż-żjara tagħhom fil-gżejjer.

Minbarra artiklu interessanti ħafna dwar it-tradizzjoni tas-sengħa tal-bizzilla, l-ewwel edizzjoni tinkludi artikli interessanti oħrajn dwar Għawdex, it-tbaħħir, il-lumi ta' Malta, il-Gardjola, it-tixbit mal-blat, l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni u l-knisja Ta’ Pinu.

Ir-rivista abbord it-titjiriet tal-kumpanija tal-ajru tagħna għandha madwar 1.7 miljun qarrej kull sena. Kopji kumplimentari ta' Il-Bizzilla huma disponibbli abbord it-titjiriet tal-Air Malta.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!