Skopri l-btala tiegħek li jmiss mal-Air Malta – Is-Sale tax-Xitwa Beda Issa

Awwissu 23, 2016

Data: It-Tlieta, 23 ta’ Awwissu 2016
Ref: 065-2016 MT

L-Air Malta qiegħda tniedi skont promozzjonali fuq perjodu limitat għat-titjiriet kollha li jibda minn EUR 35 għal vjaġġ one-way, inklużi t-taxxi u t-tariffi għat-titjiriet li jibdew minn Malta. Qiegħed jingħata skont fuq 18-il destinazzjoni għall-ivjaġġar bejn l-1 ta’ Ottubru 2016 u s-26 ta’ Marzu 2017.

Is-sale ser ikun miftuħ għal 72 siegħa biss li jibda minn nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Awwissu fid-9:00am u jintemm nhar is-Sibt, 27 ta’ Awwissu fit-8:59am. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit web tal-linja tal-ajru www.airmalta.com, miċ-ċentru ta’ kuntatt fuq tel:+356 21662211 u mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-linja tal-ajru li jinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-promozzjoni tal-linja tal-ajru hija disponibbli għat-titjiriet lejn/minn Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Londra (Heathrow u Gatwick), Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi, Ruma, Palermo, Vjenna u Zurich. 

Is-siġġijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà. Termini u kundizzjonijiet jistgħu japplikaw. Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com, jew illoggja fuq www.facebook.com/AirMalta .

L-Air Malta topera skeda tat-titjiriet b’ħinijiet konvenjenti lejn/minn ajruporti tal-ibliet ewlenin, li toffri aċċess faċli u konnessjonijiet bi skeda tat-titjiriet affidabbli. Flimkien ma’ linji tal-ajru msieħba, l-Air Malta toffri netwerk ta’ aktar minn 100 destinazzjoni. Il-linja tal-ajru ta’ Malta żżomm l-impenn tagħha li toffri valur għall-flus u servizz superjuri kemm fil-kabini economy kif ukoll f’dawk business class. 

Il-linja tal-ajru toffri wkoll lill-klijenti tagħha l-ġarr bla ħlas ta’ bagalja tal-idejn ta’ 10kg u bagalja rreġistrata ta’ 20kg anke lil dawk li jkollhom biljett tal-aktar klassi baxxa tal-ivjaġġar “Simply Fly”.

Il-passiġġieri ta’ Business Class jistgħu jġorru magħhom żewġ bagalji tal-idejn li jammontaw għal piż totali ta’ 15kg u sa żewġ bagalji rreġistrati (b’massimu ta’ 64kg) għall-klijenti tagħha ta’ “Business Anytime”.



1