L-Avviż ta' Servizz Pubbliku (PSA) tal-Air Malta li jagħti rikonoxximent lil PSY jinxtered bħal virus
PSA tal-Air Malta (Avviż ta' Servizz Pubbliku) - li ġie mniedi tlett ijiem biss ilu fuq Facebook - inxtered madwar id-dinja bħal virus b'aktar minn 320,000 segwaċi diġà.
Il-PSA jippreżenta żifna abbord bħala rikonoxximent għas-suċċess globali ta' PSY bl-isem ta' ‘Gangnam Style’ f'attentat allegruż li jiskoraġġixxi l-użu ta' telefons ċellulari waqt it-titjira.
Fil-verżjoni tal-Air Malta, diversi passiġġieri jibdew jirċievu telefonati li jdoqqu l-melodija tal-‘Gangnam Style’ fuq l-ajruplan. F'salt wieħed, erba' nisa sbieħ mill-ekwipaġġ tal-kabina jibdew jiżfnu għall-melodija ta' din id-diska irreżistibbli u l-passiġġieri jibdew jiddevertu wkoll. Imbagħad jidħol fix-xena l-Kaptan u jitlob li tinżamm l-ordni billi jfakkar lill-passiġġieri biex jitfu t-telefons ċellulari kollha tagħhom waqt it-titjira.
Fi ftit sigħat, il-filmat tal-Air Malta, li jista' jiġi segwit ukoll fuq Youtube, beda jirċievi għexieren ta' eluf ta' ‘likes, ‘shares’ u kummenti pożittivi fuq l-internet.
Philip Saunders, Kap Uffiċjal Kummerċjali fl-Air Malta, ikkummenta: ‘Aħna bqajna mbellhin bir-reazzjoni pożittiva enormi li ħadna. Hija xi ħaġa fenomenali li rnexxielna nikkomunikaw messaġġ serju b'mod divertenti, grazzi għall-kombinazzjoni taż-żeffiena meraviljużi tagħna u l-fenomenu tal-PSY. Dan juri s-sens ta' pjaċir u l-armonija li hemm fl-Air Malta u aħna ninsabu partikolarment kuntenti li hemm aktar minn 50 mill-kollegi tagħna li jidhru f'dan il-vidjo.’
Il-vidjo deher u kien soġġett għall-kummenti fuq websajts tal-aħbarijiet u blogs madwar id-dinja, f'pajjiżi fil-qrib u f'oħrajn 'il bogħod, inklużi l-Polonja, il-Belġju, l-Awstralja, New Zealand u l-Istati Uniti.
Il-vidjo, intitolat ‘PSA - Gangnam Style by Air Malta’, ġie kklassifikat fit-23 post fuq Infectious vids, websajt popolari li xxandar il-vidjos.
Ara l-vidjo: