X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:21°C L:13°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Air Malta Tniedi Sit Elettroniku Ġdid

L-Air Malta għadha kif nediet sit elettroniku ġdid li jintegra bis-sħiħ il-missjoni tagħha bħala ambaxxatriċi u gwida għal Malta. Fis-sit il-ġdid nsibu wkoll bidla radikali kemm fil-proċess tal-għażla tat-titjira kif ukoll fl-esperjenza għall-utent.

Is-sit japprofitta mill-aħħar żviluppi fil-cloud technology, u huwa mibni b'tali mod li jista' jkompli jikber waqt li jiflaħ għal avvanzi fit-teknoloġija. Dan huwa pass importanti ieħor fl-isforzi tal-linja tal-ajru biex tirristruttura l-operat tagħha u biex tibni struttura għal titjib fl-esperjenza tal-utent. L-Air Malta wettqet reviżjoni tal-proċess tax-xiri permezz tal-internet bil-għan li dan isir aktar sempliċi, aktar veloċi u aktar sigur.

Sabiex tiċċelebra din it-tnedija, l-Air Malta ser toffri skont ta' 25% fuq il-prezzijiet ippubblikati minn u lejn id-destinazzjonijiet skedati tagħha. Din l-offerta ser tkun disponibbli għall-bejgħ biss mill-portal www.airmalta.com. Ser tkun miftuħa minn nhar il-Erbgħa 20 ta' Marzu f'00:00 am u ser tkun disponibbli sal-Ħamis 21 ta' Marzu 2013 fil-11:59 pm ħin ta' Malta. Il-biljetti mixtrija permezz ta' din l-offerta huma validi għall-ivvjaġġar bejn l-1 ta' April u t-30 ta' Ġunju 2013. Jistgħu japplikaw ċerti kundizzjonijiet.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mis-sit elettroniku tal-Airmalta www.airmalta.com.

Il-linja tal-ajru qiegħda timmira wkoll li tagħti servizz aktar personalizzat lill-utenti kollha. Dan inkiseb permezz tal-integrazzjoni tas-social media, l-identifikazzjoni tal-post fejn jinsabu l-utenti, u l-konsolidazzjoni tad-databases tal-linja tal-ajru.

Fil-kummenti tiegħu dwar din it-tnedija, Philip Saunders, il-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, "Ninsabu kuntenti ħafna bit-tnedija ta' dan is-sit elettroniku. Dan il-proġett jipprovdi struttura biex noffru aktar servizzi, sabiex b'hekk l-ivjaġġar mal-Air Malta jsir eħfef u aktar konvenjenti. Ridna li s-sit tagħna jkun tal-ogħla klassi, b'navigazzjoni sempliċi u ċara u billi tiġi ppersonalizzata l-esperjenza billi noffru l-aktar kontenut xieraq lil kull klijent individwali. Fuq kollox, l-għan tagħna huwa li nkunu vettrina għall-gżejjer tagħna billi nagħtu ħarsa lejn l-istil tal-ħajja tagħna, nipprovdu informazzjoni dwar attrazzjonijiet għall-viżitaturi, waqt li nikkomunikaw dak kollu li huwa speċjali dwar Malta u Għawdex. Is-sit Airmalta.com jattira aktar minn 15,000 żjara kuljum, b'madwar 10,000 riżervazzjoni bl-internet kull xahar."

It-tnedija inuffiċjali tas-sit saret tliet ġimgħat ilu. Matul dan il-perjodu l-linja tal-ajru wettwet bosta aġġornamenti u titjib immirati biex tiġi pprovduta esperjenza aktar faċli u pjaċevoli għall-utent. Dan ġie vverifikat indipendentement minn Google Analytics, l-indikatur tal-industrija tal-prestazzjoni ta' sit elettroniku. Il-funzjonalità u l-faċilità tal-użu tas-sit ġew ittestjati wkoll b'mod indipendenti minn kumpanija tal-ittestjar li tinsab f'Londra, u r-riżultati pożittivi li rċevejna kkonfermaw it-titjib li sar. 

Ian Castillo, Direttur Maniġerjali ta' ICON, il-kumpanija fdata bl-iżvilupp ta' airmalta.com qal: “Bit-tnedija tas-sit il-ġdid, l-Air Malta ħadet pass kbir 'il quddiem biex tipprovdi informazzjoni lill-klijenti tagħha. Aħna tejjibna l-esperjenza għall-utent fuq is-sit u ressaqsna t-teknoloġija, il-faċilità tal-użu u l-effiċjenza eqreb tal-passiġġier permezz ta' Content Delivery Network. Din tiżgura disponibbiltà u prestazzjoni ta' livell għoli għall-utenti internazzjonali hekk kif il-kontenut jiġi pprovdut minn ċentri ta' dejta eqreb għal-lokalità tagħhom. Ninsabu kburin li ħdimna fuq dan il-proġett eċċitanti."

Is-sit elettroniku nbena mill-ġdid bi struttura ġdida ta' kontenut u fiha mijiet ta' paġni b'kontenut ġdid li jippromwovu lil Malta bħala l-aqwa destinazzjoni fil-Mediterran, kif fil-fatt hi.

Ġew miżjuda lingwi ġodda, u s-sit issa huwa disponibbli f'seba' lingwi (Malti, Ingliż, Ġermaniż, Taljan, Russu u Olandiż) waqt li s-settings jinbidlu skont il-lingwa magħżula fil-browser tal-utent.

Is-sit ġie ddisinjat mill-ġdid sabiex joffri servizz komplut lill-klijenti permezz ta' firxa ta' faċilitajiet għal riżervazzjonijiet u ħlasijiet bl-internet li jinkludu titjiriet mal-Air Malta, għażla kbira ta' lukandi f'Malta, u kiri ta' karozzi. Inħolqu miżuri ta' sigurtà aktar avvanzati billi l-informazzjoni finanzjarja kollha tgħaddi minn konnessjonijiet protetti u kkodifikati. 

B'għodda integrati ta' social media u ta' business-intelligence, l-Air Malta ser tkun tista' wkoll tippersonalizza l-esperjenza tal-viżitaturi sabiex b'hekk tkun tista' ssawwar aħjar il-prodott li toffri waqt li teqleb lill-viżitaturi fi klijenti leali.

Il-kumpanija lokali ICON (www.icon.com.mt) intgħażlet wara proċedura rigoruża ta' sejħa għal informazzjoni u proposti. Dan il-proċess, li fih ħadu sehem kumpaniji kemm lokali kif ukoll barranin, tmexxa minn tim mid-dipartimenti Kummerċjali, tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Ġestjoni ta' Proġetti fi ħdan il-linja tal-ajru.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn