L-Air Malta tgħaddi mill-Verifika ta’ Sigurtà tal-IATA

Lulju 5, 2016

Data: It-Tlieta, 5 ta’ Lulju 2016
Ref: 048 - 2016 MT


F’kumment dwar din il-kisba, il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, Philip Micallef, qal, “Din hija attestazzjoni reali tad-dedikazzjoni u tal-professjonalità murija mill-impjegati kollha fl-organizzazzjoni. Dan ir-riżultat jikkonferma li qed nikkonformaw mal-istandards ta’ sigurtà operattivi, li huma meqjusin fost l-aqwa fl-industrija tagħna”. 

“Fl-organizzazzjoni tagħna kollha għandha fis-seħħ Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sigurtà (SMS) li tgħinna nindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-linja tal-ajru b’mod proattiv. Nirringrazzja lill-impjegati kollha tal-isforzi kontinwi tagħhom, li ħarġu biċ-ċar matul il-verifika ta’ tiġdid ta’ din is-sena”, kompla jgħid lis-Sur Micallef.

L-IOSA hija sistema ta’ evalwazzjoni rikonoxxuta fuq livell internazzjonali mfassla biex tivvaluta l-ġestjoni operattiva u s-sistemi ta’ kontroll ta’ linja tal-ajru. Il-verifika, li tkopri ’l fuq minn 900 standard mifruxa mal-organizzazzjoni kollha, ivverifikat id-dipartimenti operattivi tal-linja tal-ajru inklużi: l-Organisation and Management System, il-Flight Operations, l-Operational Control and Flight Dispatch, l-Aircraft Engineering and Maintenance, il-Cabin Operations, il-Ground Handling Operations, il-Cargo Operations u s-Security Management. Kull dipartiment ġie vverifikat għall-politika u l-proċeduri ddokumentati meħtieġa, kif ukoll għall-implimentazzjoni korretta.

L-IOSA huwa għalhekk il-punt ta’ referenza għall-ġestjoni tas-sigurtà globali fil-linji tal-ajru. Il-membri kollha tal-IATA huma rreġistrati u jridu jibqgħu rreġistrati sabiex iżommu s-sħubija tagħhom fl-IATA.



Ritratt li juri lill-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, is-Sur Philip Micallef, li qed jiġi ppreżentat bir-reġistrazzjoni tal-Verifika tas-Sigurtà Operattiva tal-IATA (IOSA) minn Tyrone Galea, il-Kap tas-Sigurtà u l-Konformità fil-preżenza tal-Kaptan Alexander Muscat, Chief Officer tal-Flight Operations.

1