L-Air Malta Tibda Topera Lejn l-Ajruport Sheremetyevo ta’ Moska – Titjib fis-Servizzi tat-Titjiriet lejn ir-Russja

Ġunju 15, 2016

Data: L-Erbgħa, 15 ta’ Ġunju 2016
Ref: 043 - 2016 MT



L-Air Malta mexxiet l-operat tagħha ta’ lejn Moska għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Sheremetyevo Terminal E, l-aktar terminal ġdid tal-ajruport inawgurat fl-2010. L-iskeda ta’ ħin tal-linja tal-ajru ma nbidlitx u topera servizz ta’ darbtejn fil-ġimgħa li jitlaq minn Malta kull nhar ta’ Ġimgħa u kull nhar ta’ Sibt u minn Moska kull nhar ta’ Sibt u kull nhar ta’ Ħadd.


L-ajruport ta’ Sheremetyevo huwa l-akbar ajruport fir-Russja u l-iktar wieħed modern u wieħed mill-aktar 10 ajruporti li qed jikbru l-aktar malajr fl-Ewropa. Dan l-ajruport jara aktar minn 31 miljun passiġġier u 265 000 moviment ta’ ajruplani fis-sena. 


L-ajruport jinsab fil-Majjistral taċ-ċentru ta’ Moska u huwa servut minn varjetà ta’ modi ta’ trasport effiċjenti. Huwa biss 35 minuta lil hinn miċ-ċentru tal-belt bil-ferrovija Aeroexpress.  Il-‘catchment area’ tal-ajruport hija ta’ 20 miljun persuna u tkopri reġjuni bl-akbar konċentrazzjoni ta’ kwartieri ġenerali ta’ negozji u l-ogħla dħul għal kull persuna.


L-Ajruport ta’ Sheremetyevo jipprovdi lill-Air Malta bi flessibilità operattiva akbar u jaqbel perfettament mal-istrateġija tal-linja tal-ajru li toffri lill-klijenti bl-aħjar ajruporti ċentrali b’konnessjonijiet faċli biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom. L-Ajruport ta’ Sheremetyevo huwa hub tas-sieħeb tal-code sharing tal-Air Malta, Aeroflot, il-Linja tal-Ajru Nazzjonali tar-Russja. Permezz ta’ dan il-code sharing, Sheremetyevo ser joffri lill-klijenti tal-Air Malta aktar minn 30 destinazzjoni fir-Russja.


L-Air Malta għandha impenn lejn ir-rotta ta’ Moska u hija l-unika linja tal-ajru li toffri konnessjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u b’hekk toffri appoġġ lin-negozji u tgħin fl-iżvilupp ta’ aktar opportunitajiet ta’ turiżmu. 


Moska hija belt rikka fl-istorja, l-arti u l-kultura. Għandha diversi meravilji magħrufa sew bħar-Red Square, il-Kremlin u l-famuż Teatru Bolshoi. Hija waħda mill-aktar metropoli vibranti tal-Ewropea b’aktar minn 10 miljun ruħ. Żur www.visitrussia.com għal aktar informazzjoni.


L-iskeda tat-titjir tal-Air Malta lejn Moska topera kull nhar ta’ Ġimgħa u kull nhar ta’ Sibt kif ġej:


KM560 tluq Malta 21:50 wasla Moska 01:50*
KM561 tluq Moska 02:40* wasla Malta 06:50*


*- il-ġurnata ta’ wara


Air Malta first flight into Sheremetyevo Airport
L-ewwel titjira tal-Air Malta fl-Ajruport ta’ Sheremetyevo kienet milqugħa bis-salut tradizzjonali tal-kanun tal-ilma.


Air Malta and Airport officials inaugurate first flight to Sheremetyevo.
ffiċjali tal-Air Malta u tal-Ajruport jinawguraw l-ewwel titjira lejn Sheremetyevo. Mix-xellug il-Hostess mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Sheremetyevo, Ekaterina Bakhtina, is-Sales Manager tal-Air Malta minn Aviareps, l-aġent tal-bejgħ tal-linja tal-ajru fir-Russja, Fabian Mizzi, is-Senior Executive tal-Passenger Handling tal-Air Malta, Jason Muscat, l-Eżekuttiv tal-Istandards tas-Servizz tal-Ground Handling tal-Air Malta, Alexander Nikonov, il-Kap tal-linji tal-ajru barranin, marketing u kummerċ tal-Avjazzjoni Ajruport Internazzjonali ta’ Sheremetyevo, Hostess mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Sheremetyevo.


Jason Muscat, Air Malta Ground Handling Service Standards Executive and Alexander Nikonov, Head of foreign airlines, Aviation marketing and commerce Sheremetyevo International Airport, cutting the ribbon
Jason Muscat, l-Eżekuttiv tal-Istandards tas-Servizz tal-Ground Handling tal-Air Malta (xellug) u Alexander Nikonov, il-Kap tal-linji tal-ajru barranin, marketing u kummerċ tal-Avjazzjoni Ajruport Internazzjonali ta’ Sheremetyevo, qed jaqgħu ż-żigarella waqt l-inawgurazzjonii tal-ewwel titjira tal-linja tal-ajru lejn Sheremetyevo.

 


 

1