L-Air Malta tniedi esperjenza unika fuq it-titjiriet speċifikament għat-tfal

Lulju 1, 2016

Data: It-Tnejn, l-4 ta’ Lulju 2016
Ref: 049 - 2016 MT

L-Air Malta nediet SKY KIDS – l-ewwel esperjenza li qatt eżistiet ta’ intratteniment speċjali maħsuba speċifikament għat-tfal żgħar matul titjiriet. Il-Linja tal-Ajru Nazzjonali Maltija nediet dan is-servizz ġdid innovattiv fuq it-titjira KM478/9 fid-29 ta’ Ġunju lejn/minn Pariġi li fuqha kien hemm ibbukkjat grupp ta’ madwar 60 tifel u tifla. Permezz ta’ dan is-servizz, il-linja tal-ajru tkompli tkun pijuniera f’li toffri esperjenzi uniċi u innovattivi abbord lill-mistednin. Dan is-servizz isegwi Sky Spa, li permezz tiegħu, il-linja tal-ajru kisbet rikonoxximent mad-dinja kollha f’li toffri esperjenzi uniċi bla ħlas anki lill-passiġġieri tal-klassi tal-ekonomija. 

L-Air Malta ngħaqdet ma’ Nestlé (Malta) u ma’ Malta International Airport biex toffri lit-tfal esperjenza ta’ titjira li ma jinsew qatt. Żewġ professjonisti li jieħdu ħsieb lit-tfal minn Yoyo Kids Childcare, li jinsab fi SkyParks Business Centre, ġew reklutati bħala membri tal-ekwipaġġ ta’ Sky Kids. Huma laqgħu lill-vjaġġaturi żgħar fid-Departure Gate b’rigali pprovduti minn Nestlé Confectionery u minn Malta International Airport. 

Il-mistednin bniet żgħar tal-linja tal-ajru kellhom ukoll l-opportunità li jimmaljawlhom xaharhom qabel it-titjira bikrija ta’ filgħodu filwaqt li s-subien ħadu sehem f’xi logħob organizzat mill-ekwipaġġ ferrieħi ta’ Sky Kids. Is-servizz mingħajr ħlas kompla abbord b’diversi attivitajiet pjaċevoli, inkluż kompetizzjoni tal-arti għat-tfal kollha biex jiddisinjaw logo għal Sky Kids. Il-kompetizzjoni tal-arti kienet milqugħa b’entużjażmu mit-tfal kollha li użaw tajjeb it-talent artistiku tagħhom biex ifasslu logo kollu kuluri. 

L-Air Malta ser tagħżel wieħed minn dawn il-logos biex tippromwovi din l-attività unika għal titjiriet futuri. L-ekwipaġġ ta’ Sky Kids, imħarreġ apposta, bl-għajnuna kollha entużjażmu tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-linja tal-ajru, ikkoordina logħob li jinvolvi ħiliet oħrajn u attivitajiet one-to-one bil-għan li l-vjaġġaturi żgħar tal-Air Malta jinżammu okkupati matul it-titjira ta’ tliet sigħat lejn/minn Pariġi.

F’kumment dwar din l-idea innovattiva, Joe Galea, il-Viċi-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta qal, “L-Air Malta tgħożż lill-mistednin żgħar tagħha u ridna norganizzaw esperjenza unika għalihom. L-Air Malta hija linja tal-ajru li tilqa’ lill-familji u, b’mod speċjali matul dan iż-żmien tas-sena, meta t-tfal jibdew il-vaganzi tas-sajf tagħhom, ħsibna li nibdew norganizzaw esperjenzi bħal dawn bħala parti mill-inizjattivi “We Care More” tagħna. Bi ħsiebna norganizzaw titjiriet simili meta naraw li jkun hemm numru mhux ħażin ta’ tfal ibbukkjati. Il-linja tal-ajru li mpenjata li toħloq attivitajiet li jmorru lil hinn mill-aspettattivi tal-mistednin tagħha. Ħerqanin noffru aktar minn dawn is-servizzi uniċi u bla ħlas abbord għall-mistednin żgħar tagħna fuq titjiriet tal-Air Malta fil-futur”.

Qabel ma niżlu, it-tfal kollha abbord irċevew pakkett rigal minn Nestlé Confectionery li kien jikkonsisti f’Mini Smarties, Nesquik Wafer, Mini Milky Buttons u Mini Kit Kat Chunky. Ingħataw ukoll Milky Bar Frog Mug attraenti.

Din it-titjira ta’ tnedija kkoincidiet ma’ vjaġġ ta’ grupp ta’ 50 tifel u tifla Maltin ta’ bejn it-8 u l-15-il sena li taru mal-familji tagħhom lejn Pariġi. It-tfal huma kollha studenti ta’ Stagecoach Theatre Arts Schools (Malta) u ser ikunu qegħdin jirreċtaw siltiet minn CATS għal żewġt iljieli konsekuttivi f’Disneyland Paris. L-Air Malta tixtieq lil dawn it-tfal u lill-għalliema tagħhom wirja ta’ suċċess u esperjenza mill-isbaħ!


Sky Kids Air Malta flight

Sky Kids in front of plane

Sky Kids presents

Ritratti: Jason Muscat / Air Malta
1