L-Air Malta Tniedi Sale ta’ Nofs Awwissu fuq Rotot Magħżula

Awwissu 19, 2016

Data: Il-Ħamis 18 ta’ Awwissu, 2016
Ref: 062-2016 MT

L-Air Malta għadha kif nediet offerta staġjonali limitata fuq titjiriet bejn Malta u Brussell, Catania u Ruma bi prezzijiet li jibdew minn €42 one-way, li jinkludu t-taxxi u tariffi oħra. Din l-offerta se tibqa' miftuħa sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.

L-Air Malta se jkun qed topera total ta’ 32 titjiriet fil-ġimgħa din ix-xitwa għal dawn l-ibliet. Din il-frekwenza tirrifletti żieda fuq Catania li se tara żieda li ser tlaħħaq titjiriet ta’ darbtejn kuljum. Brussell se tara wkoll żidiet fil-frekwenza sa 11-il darba fil-ġimgħa minn Jannar 2017. Il-linja tal-ajru ser tkomplu topera kuljum lejn Ruma.

Il-prezzijiet tat-titjiriet one-way fuq Ruma u Catania jibdew minn €42, filwaqt titjiriet fuq Brussell jibda minn €54. Biljetti għall-ivjaġġar bejn l-1 t’Ottubru 2016 u l-31 ta’ Marzu 2017, jistgħu jinxtraw mill-websajt tal-linja tal-ajru www.airmalta.com, mill-call center fuq +356 21662211 u l-uffiċċju tal-bejgħ tal-linja tal-ajru fil-Malta International Airport.

Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbilta’. Jistgħu japplikaw termini u kundizzjonijiet. Għal aktar tagħrif żur www.airmalta.com, jew idħol fuq www.facebook.com/AirMalta .

L-Air Malta topera skeda ta’ titjiriet b’ħinijiet konvenjenti lejn u minn ajruporti ta’ bliet ewlenin, u toffri aċċess u konnessjonijiet faċli bi skeda ta’ titjiriet affidabbli. Flimkien mal-linji tal-ajru msieħba, l-Air Malta toffri netwerk ta’ aktar minn 100 destinazzjoni. Il-linja tal-ajru Maltija tibqa’ impenjata li toffri prezzijiet b’valur għall-flus u servizz superjuri kemm fil-kabini economy class kif ukoll fil-business class. 

Il-linja tal-ajru toffri wkoll lill-klijenti l-faċilità b’xejn ta’ hand luggage ta’ 10kg u bagalja waħda ta’ 20kgs anki fuq l-orħos biljetti tagħha “Simply Fly”. 

Il-passiġġieri tal-Business Class jingħtaw faċilità ta’ żewġ biċċiet ta’ hand luggage b’piż totali ta’ 15-il kilo u sa żewġ bagalji (massimu ta’ 64 kilo) għall-klijenti “Business Anytime”.
1