L-Air Malta Tniedi s-Sale tal-Milied
Matul dan l-istaġun festiv, l-Air Malta ser tkun qiegħda toffri rigal tal-Milied lill-klijenti tagħha - roħs ta' 25% fuq it-titjiriet kollha li jitilqu minn Malta. Din l-offerta timxi fuq il-passi tas-sale tax-xitwa li għamlet il-kumpanija tal-ajru dan l-aħħar u li kien popolari ħafna mhux biss f'Malta iżda madwar l-Ewropa kollha.
Dan is-sale, mifrux fuq ġimgħa, wassal għal żieda fil-bejgħ tal-biljetti fis-swieq fejn din il-promozzjoni ġiet offruta b'69% (żieda ta' 5,000 prenotazzjoni fuq l-istess ġimgħa tas-sena li għaddiet) u ġġenera żieda fid-dħul ta' 52% fuq l-istess ġimgħa tas-sena li għaddiet.
Meta kien qiegħed jikkummenta fuq din l-inizjattiva, Philip Saunders, li huwa l-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta, qal “L-impenn tagħna fis-suq Malti huwa enfasizzat mis-Sale tagħna fil-Milied, li matulu noffru roħs ta' 25% fuq it-titjiriet tal-Air Malta. Din l-offerta mill-aqwa tapplika għall-biljetti mixtrija mit-Tnejn 24 sal-Ġimgħa 30 ta' Diċembru u dan huwa ż-żmien ideali biex tippjana l-btajjel tiegħek tax-xitwa. Matul dawn l-aħħar xhur, aħna rreġistrajna l-aqwa fatturi ta' tagħbija tagħna f'mill-inqas għaxar snin u din ix-xorta ta' inizjattiva tgħinna nagħmlu l-aħjar għażla għal numru akbar ta' passiġġieri li jfittxu valur għal flushom u servizz mill-aqwa.”
Il-biljetti li jinxtraw permezz ta' din l-offerta huma validi għall-ivvjaġġar bejn is-7 ta' Jannar u t-30 ta' April 2013. Ċerti kundizzjonijiet japplikaw.
Din l-offerta hija disponibbli lejn 20 destinazzjoni skedati li jinkludu: Amsterdam, Ateni, Berlin, Brussell, Budapest, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Ħamburg, Istanbul, Londra (Gatwick u Heathrow), Manchester, Milan, Moska Domodedovo, Munich, Pariġi (Orly u Charles de Gaulle), Ruma, Sofia, Vjenna, Zurich.
Il-kumpanija Air Malta hija impenjata li toffri l-aqwa valur għall-flus minfuqa u servizz superjuri kemm fil-kabini tal-economy class, kif ukoll fil-kabini tal-business class tagħha. Il-kumpanija tal-ajru toffri konċessjoni mingħajr ħlas ta' bagalja tal-idejn waħda b'piż ta' 10kg u bagalja oħra li tiġi rreġistrata b'piż ta' 20kg lill-passiġġieri tagħha tal-economy class. Il-passiġġieri tal-Club Class jingħataw konċessjoni ta' żewġ bagalji tal-idejn għal piż totali ta' 15-il kg flimkien ma' bagalja rreġistrata b'piż ta' 30kg.
Tista' tikseb aktar informazzjoni billi ċċempel fuq +356 21662211.