L-Air Malta Iżżid it-Titjiriet lejn Malta din ix-Xitwa (Nov-Mar'16)

Mejju 27, 2015

Data: L-Erbgħa, 27 ta’ Mejju, 2015
Ref: 040-2015
L-Air Malta Iżżid it-Titjiriet lejn Malta din ix-Xitwa (Nov-Mar'16)


Kuntrarjament għall-impressjoni li qed tingħata, l-Air Malta mhux ser tnaqqas l’ebda titjira iżda fil-fatt ser iżżid it-titjiriet fuq rotot lejn Malta din Xitwa. Il-linja tal-ajru qed tippjana li ġġib aktar turisti lejn il-gżejjer Maltin, filwaqt li tutilizza anqas ajruplani.

L-Air Malta assolutament taqbel li l-ajruplani huma hemmhekk sabiex jittajru u wara li rat opportunitajiet f'dan il-qasam, il-maniġment ħadem fuq pjanijiet sabiex jiżdiedu s-sigħat ta' utilizzazzjoni tal-ajruplani. Ix-Xitwa li ġejja l-kumpanija ser joperaw l-istess ammont ta' 4,452 titjira li ġew operati x-Xitwa li għaddiet b’seba’ minflok tmien ajruplani.

L-għan aħħari tal-Air Malta huwa li twettaq aktar b'inqas u żżid il-produttività tal-assi tagħha. Diversi inizjattivi qed jittieħdu bħaż-żieda ta’ titjiriet bil-lejl, aktar manutenzjoni tal-ajruplani matul il-lejl, titjieb fil-ħinijiet bejn titjira u oħra u tibdil fil-ħinijiet tat-tluq tat-titjiriet. L-Air Malta tirrevedi l-profitabilità tar-rotot kollha u tottimizza l-kapaċità tagħha kif jixraq.

Titjiriet lejn Malta

L-ajruplani huma fundamentali iżda riżorsa li tiswa ħafna l-flus għal kwalunkwe linja tal-ajru. It-tnax il-ajruplan tal-Air Malta huma mikrija u kull kirja tiswa miljuni ta' Euro kull sena. Fl-aħħar ftit snin, l-Air Malta kriet żewġ ajruplani lil operaturi barranin sabiex tirkupra parti mill-ispejjeż ta' kiri tagħha.

L-Air Malta qiegħda fil-proċess ta' bini ta' bażi sostenibbli sabiex fil-futur tkun f'pożizzjoni li tkabbar in-network u l-flotta tagħha b'mod metodiku skond il-ħtiġijiet.

L-inizjattivi kollha għandhom jinftiehmu fid-dawl tar-restrizzjonijiet imposti mill-Pjan ta' Ristrutturar miftiehem mal-Kummissjoni Ewropea. Dan il-pjan jillimita lill-Air Malta bin-numru ta' titjiriet li tkun tista' topera fuq ċerti rotot profittabbli.

L-Air Malta se tkompli tkun is-sinsla tat-turiżmu Malti sabiex tassisti lill-operaturi lokali filwaqt li fl-istess ħin tappoġġja l-komunità lokali u intrapriżi tan-negozju oħra matul is-sena kollha.

 

1