Novembru 3, 2016
Data: It-Tnejn, 31 ta’ Ottubru 2016
Ref: 075 - 2016 EN
Għal darba oħra l-Air Malta se tgħin lill-Malta Community Chest Fund Foundation matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru. Matul dawn ix-xahrejn, l-ekwipaġġ tal-kabina tal-Air Malta se jkun qiegħed jiġbor fondi abbord it-titjiriet tal-linja tal-ajru għal din il-kawża.
Il-Malta Community Chest Fund Foundation hija organizzazzjoni li għandha l-għan li tippromwovi s-solidarjetà fost il-persuni li jgħixu f’Malta. Il-Fondazzjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u professjonali lil persuni li jkunu qegħdin jesperjenzaw diffikultajiet minħabba mard kroniku sever jew terminali, inkluż il-kanċer, diżabilità, faqar, qgħad jew nuqqas ta’ riżorsi, mingħajr l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni.
Joe Galea, l-Aġent Kap Eżekuttiv qal, “L-Air Malta hija sostenitriċi kburija tal-MCCFF. Bħala linja tal-ajru aħna nemmnu bis-sħiħ fir-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħna u matul is-snin għenna eluf ta’ persuni sabiex jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra għall-kura medika. L-ajruplani tagħna jistgħu jġorru kemm każijiet ta’ streċers kif ukoll inkubaturi għal trabi tat-twelid li jkunu jeħtieġu kura medika urġenti f’pajjiż ieħor. L-MCCFF taħdem ħafna matul is-sena sabiex tappoġġa eluf ta’ persuni li jiddependu fuq il-ġenerożità tal-fond biex jgħinu familji li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Aħna kuntenti li bil-għajnuna tal-klijenti tagħna nistgħu nkomplu ngħinu lil dan il-fond fl-inizjattivi ammirevoli tiegħu.”
Din il-kampanja tifforma parti mill-inizjattivi ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Air Malta li bihom il-linja tal-ajru tappoġġa organizzazzjonijiet li jaħdmu iebes fil-komunità Maltija. Bħala l-linja tal-ajru nazzjonali Maltija, l-Air Malta hija l-unika linja tal-ajru li ttir minn Malta li tappoġġa lill-komunità lokali b’kull mod possibbli. L-ebda linja tal-ajru oħra li topera lejn Malta ma tipprovdi appoġġ kontinwu bħall-Air Malta lil organizzazzjonijiet volontarji u mhux governattivi.
Din l-inizjattiva hija appoġġata wkoll minn Sky Gourmet, il-fornitur tal-ikel tal-linja tal-ajru.