L-Air Malta u l-NAS Jospitaw lill-Aġenti tal-Merkanzija Lokali

Awwissu 4, 2016

Data: It-Tlieta, 2 ta’ Awwissu 2016
Ref: 055 - 2016 MT

Wara li aktar kmieni din is-sena tħabbret l-għażla ta’ Network Airline Services (NAS), operatur ewlieni fil-qasam, bħala l-fornitur tas-servizz ta’ Ġestjoni tal-Merkanzija Totali (TCM) tal-Air Malta, iż-żewġ kumpaniji organizzaw laqgħa informali għall-aġenti tal-merkanzija, l-forwarders u shippers lokali.

Preżenti għal din is-serata kien hemm iċ-Chairperson tal-Air Malta, Maria Micallef, u l-Aġent Kap Eżekuttiv, Joseph Galea. Flimkien ma’ John Vella, il-Kap tal-Uffiċċju tal-Bejgħ u l-Marketing tal-Merkanzija, u John Gilfeather, id-Direttur tal-Bejgħ, tan-NAS, flimkien mal-bqija tat-tim NAS għal Malta ħadu din l-opportunità sabiex jiddiskutu possibbiltajiet ta’ negozju mal-operaturi tal-merkanzija lokali.

Il-komunità tal-merkanzija lokali laqgħet tajjeb l-avveniment. Din il-laqgħa kienet opportunità tajba sabiex il-maniġment tal-linja tal-ajru u l-NAS jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess reċiproku mal-komunità tal-merkanzija lokali u jsibu modi ġodda kif dan il-qasam jiżviluppa aktar.

Permezz tal-ftehim mal-NAS, l-Air Malta għandha l-għan li torganizza mill-ġdid tan-negozju tal-merkanzija tagħha, tistabbilixxi ruħha mill-ġdid fis-suq, u żżid il-mezzi ta’ distribuzzjoni. Dan ser tagħmlu filwaqt li tibni pjattaforma soda għat-tkabbir possibbli futur tan-negozju tal-merkanzija tagħha bħala kontributur importanti għad-dħul tal-linja tal-ajru permezz ta’ operazzjonijiet ta’ hub tal-ajruplani tal-merkanzija, ta’ trasportazzjoni multimodali, kummerċ elettroniku, prodotti bieb-bieb u aktar.

Is-servizz tal-merkanzija tal-Air Malta huwa essenzjali għas-suċċess tal-komunità Maltija tan-negozju peress li joffri konnessjoni strateġika bejn il-Gżejjer Maltin, l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani u saħansitra lil hinn, permezz ta’ ftehimiet Interline ma’ linji tal-ajru msieħba. Dan jagħti lill-gżejjer opportunità unika biex iġorru merkanzija li jew tkun għaddejja minn Malta jew li toriġina minn Malta.

L-Air Malta ġġorr ammont imdaqqas ta’ merkanzija fis-sena li tvarja minn oġġetti ta’ valur, kunsinni li jitħassru malajr fosthom ħut/tonn frisk sa annimali ħajjin, prodotti farmaċewtiċi u mikroelettroniċi inklużi kunsinni ta’ merkanzija speċjali. Dan id-dipartiment huwa responsabbli wkoll għall-ġarr ta’ posta minn u lejn Malta u joffri servizzi ta’ kurrier inklużi faċilitajiet ta’ ħażna.

Eric Camilleri, John Gilfeather, John Vella,  Titta Saavalainen, Andrew Ballard

Joe Galea, Stephen Gauci, John Gilfeather, Eric Camilleri, Pieter Gollcher, Oriana Mifsud

Mark Gollcher, Joe Galea, John Vella, Maria Micallef

Joe Galea, Mark Gollcher, Andrew Ballard, Maria Micallef, John Gilfeather, John Vella, Karl Gollcher

General

1