L-Air Malta u l-Corinthia Jorganizzaw ‘Kompetizzjoni Lussuża’

Awwissu 19, 2016

Data: Il-Ħamis 18 t’Awissu, 2016
Ref: 063-2016 MT

L-Air Malta u l-Corinthia Hotels ngħaqdu u organizzaw ‘Kompetizzjoni Lussuża’ ta’ fotografika b'żewġ rebbieħa jirbħu żewġ titjiriet fil-klassi business u l-akkomodazzjoni 5 star.

Kull ma wieħed jeħtieġ li jagħmel huwa li jibgħat lill-linja tal-ajru ritratt/i tal-isbaħ postijiet jew xi post mhux daqshekk frekwentat f' Malta jew xi destinazzjoni tal-Air Malta. L-aħjar żewġ ritratti jirbħu vaganza meraviljuż għal żewġ persuni fil-Lukanda Corinthia ta’ Londra jew l-Corinthia San Ġorġ Hotel f’Malta.

Biex wieħed jipparteċipa jista’ jżur www.airmalta.com/photo-competition għal aktar informazzjoni jew jżur www.facebook.com/AirMalta.

Il-kompetizzjoni tagħlaq fit-30 ta' Settembru 2016. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

San Ġorġ Corinthia Hotel, Malta
Corinthia Hotel, Londra

Ajruplan tal-Air Malta



-ends-

1