L-Air Malta u l-Corinthia Jgħażlu r-Rebbieħa tal-Kompetizzjoni “Vaganza Lussuża”

Ottubru 25, 2016

’Il fuq sew minn 2,000 ritratt intbgħatu mill-kontestanti biex jipparteċipaw fil-Kompetizzjoni “Vaganza Lussuża” organizzata mill-Air Malta u l-Lukandi tal-Corinthia.
Din il-kompetizzjoni ġġenerat ħafna interess u r-rispons qawwi flimkien mal-kwalità tar-ritratti għamlu l-proċess ta’ għażla tar-rebbieħa wieħed diffiċli.
Isabella Mallia impressjonat lill-ġurija bir-ritratt tagħha tal-pajsaġġ affaxxinanti ta’ Għawdex b’perspettiva mhux tas-soltu filwaqt li Ekaterina Kochkina mir-Russja rebħet bir-ritratt impressjonanti tagħha tal-belt romantika ta’ Praga b’Charles Bridge fl-isfond.
Isabella rebħet vaganza 5-star għal żewġ persuni f’Londra li tinkludi titjiriet bir-ritorn bl-Air Malta f’Business Class u tlett iljieli fil-Lukanda majestuża tal-Corinthia f’Londra. Ekaterina rebħet vaganza 5-star għal żewġ persuni, inklużi titjiriet bir-ritorn bl-Air Malta f’Business Class u tlett iljieli fil-Lukanda lussuża tal-Corinthia fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’Malta. L-Air Malta u l-Lukandi tal-Corinthia jirringrazzjaw lill-parteċipanti kollha f’din il-kompetizzjoni. Ir-ritratti jistgħu jintużaw fil-kampanji ta’ komunikazzjoni li ġejjin tal-Air Malta.

Ritratt 1: Isabella Mallia bir-ritratt tagħha Tal-Fanal, Għawdex.

Ritratt 2: Ekaterina Kochkina bir-ritratt tagħha tal-gawwi fuq Charles Bridge.

1