Turnew tal-Futbol u mixja ta’ 6KM tal-Air Malta b’risq Puttinu CaresTurnew tal-Futbol u mixja ta’ 6KM tal-Air Malta b’risq Puttinu Cares

Mejju 10, 2013

Il-weekend li għadda nġabret somma ta’ €1,730 permezz ta’ donazzjonijiet mill-impjegati tal-Air Malta li organizzaw turnew tal-futbol 5-a-side u mixja ta’ 6km b’risq Puttinu Cares.

Din kienet is-sitt sena li l-impjegati organizzaw dan it-turnew tal- football li fih ħadu sehem tmien timijiet mit-taqsimiet tal-inġinerija, l-operazzjonijiet tat-titjiriet, l-operazzjonijiet tal-merkanzija, l-immaniġġjar tal-passiġġieri, l-uffiċċju prinċipali u l-immaniġġjar tal-bagalji.

Għall-ewwel darba din is-sena t-turnew kien issupplimentat b’mixja ta’ 6km minn ‘Skyparks sa Skyparks’ li ħadet lill-parteċipanti madwar l-irħula fid-dintorni tal-ajruport.

Din kienet attività fantastika ta’ ġbir ta’ fondi. Kien tajjeb li wieħed jara li l-isforzi li saru ġew apprezzati u li bosta impjegati attendew dawn l-avvenimenti. Ninsabu tassew kuntenti li rnexxielna niġbru somma sabiħa b’risq Puttinu Cares,” qalu Joe Cassar u Dominic Bellizzi li organizzaw dawn l-avvenimenti flimkien ma’ Vanessa Muscat u Kathleen Saliba, mill-Klabb Sportiv u Soċjali tal-Air Malta.

It-turnew tal-futbol sar fil-Grawnd tal-Futbol tal-Melita Ii pprovdew il-faċilitajiet tagħhom b’xejn sabiex jgħinu fid-dħul għal Puttinu Cares.

Il-fondi ser jiġu ppreżentati lil Puttinu Cares fil-jiem li ġejjin.


Parteċipanti fil-mixja ta’ 6km minn ‘Skyparks sa Skyparks’.


It-timijiet tal-futbol tal-5-a-side mit-taqsimiet tal-inġinerija, l-operazzjonijiet tat-titjiriet, l-operazzjonijiet tal-merkanzija, l-immaniġġjar tal-passiġġieri, l-uffiċċju prinċipali u l-immaniġġjar tal-bagalji. 

1