Tliet Linji tal-Ajru ġodda jagħżlu lill-Air Malta għall-Ground Handling

Dan l-aħħar l-Air Malta ntgħażlet minn Turkish Airlines, Air Baltic u Monarch Airlines biex tieħu ħsieb il-ground handling tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Mis-sajf li ġej, dawn il-linji tal-ajru ser joperaw aktar minn 140 titjira lejn u minn Malta.

Fil-kummenti tiegħu dwar din l-aħbar, il-Kap Uffiċjal għall-Operat tal-Air Malta Silvio Falzon qal, “Din hija aħbar tajba għall-Air Malta. Ninsabu ferm kuntenti li dawn il-linji tal-ajru internazzjonali għażlu li jafdawna biex nieħdu ħsieb il-ground handling tagħhom. L-implimentazzjoni soda tal-proċess ta’ ristrutturar fir-rigward tal-funzjoni tal-ground handling tinsab għaddejja b’ritmu tajjeb u qiegħda tiffaċilita l-kisba ta’ opportunitajiet ġodda ta’ negozju.

John Vella, il-Kap tas-Servizzi fuq l-Art esprima l-istess entużjażmu. “Ħdimna ħafna biex nattiraw dan in-negozju, meta wieħed iqis il-kompetizzjoni iebsa f’dan is-suq. Inħossuna tassew kburin li nistgħu nżidu li Air Baltic, Monarch u Turkish Airlines mal-lista li qiegħda dejjem titwal ta’ aktar minn 15-il linja tal-ajru internazzjonali li jużaw is-servizzi tagħna tal-ground handling. Lulju li għadda ħabbarna investiment ta’ aktar minn €3.5 miljun f’apparat ġdid tal-ground handling u investejna wkoll ħafna fit-taħriġ mill-ġdid tal-persunal tagħna. Dawn l-inizjattivi tawna l-vantaġġ kompetittiv li l-klijenti prospettivi jippretendu fl-għoti ta’ servizz sigur, affidabli u kost-effettiv. Nixtieq nirringrazzja lill-persunal kollu fi ħdan it-taqsima tal-ground handling għal din il-kisba. Dan ma kienx ikun possibbli mingħajr id-dedikazzjoni u l-appoġġ tagħhom.

L-Air Malta, permezz tat-taqsima tal-ground handling, hija attrezzata biex tipprovdi medda sħiħa ta’ servizzi li jinkludu l-Immaniġġjar tal-Passiġġieri, ir-Rampi, l-Operazzjonijiet fuq l-Art, u l-Operazzjonijiet tal-Merkanzija. Dawn jinkludu servizzi ta’ check-in, l-iskorta tal-passiġġieri, is-servizz tad-departure gates, is-servizz tal-passiġġeri fi tranżitu, is-servizzi tal-bagalji, l-editjar tat-titjiriet, id-dispaċċ tal-inġenji tal-ajru, il-kontroll tat-tagħbija, piż u bilanċ. Faċilitajiet oħrajn jinkludu servizzi tar-rampa, protezzjoni tal-inġenji tal-ajru, issortjar/transport/tagħbija-ħatt tal-bagalji, tindif tal-ajruplani u armar tal-kabina, provvista ta’ ilma għax-xorb, servizz tat-tojlits, trasferiment tal-passiġġieri bil-kowċ u bl-ambulift flimkien ma’ servizzi għal passiġġieri b’nuqqas ta’ mobilità.

L-Air Malta toffri wkoll servizzi ta’ meranzija inkluż magażinaġġ, faċilitajiet ta’ tkessiħ, stivar ta’ pallets, l-immaniġġjar ta’ merkanzija, posta u pakketti, aċċettazzjoni u rilaxx ta’ merkanzija flimkien ma’ appoġġ għall-inġinerija teknika kemm lill-Air Malta kif ukoll lil bosta klijenti oħrajn.

L-istampa turi l-ajruplan tal-Monarch Airlines jirċievi servizzi ta’ ground handling mill-Air Malta. It-titjira inawgurali waslet il-lejl li għadda.

 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!