Titnieda l-Iskeda tax-Xitwa tal-Air Malta

Data: Is-Sibt, 26 ta Ottubru 2013
Ref: 077-2013 MT


L-Air Malta nediet l-iskeda ta’ operazzjonijiet il-ġdida tax-xitwa li tibqa’ għaddejja sal-aħħar ta’ Marzu 2014. 

"Matul dan l-istaġun qed nippjanaw li nagħmlu aktar minn 100 titjira fil-ġimgħa u li nġorru aktar minn miljun passiġġier lejn u minn Malta. L-iskeda tax-xitwa tagħna ser toffri lill-klijenti għażla ta’ 26 destinazzjoni skedata u l-aqwa konnessjonijiet u servizzi lejn gateways Ewropej ewlenin," jgħid Philip Saunders, l-Uffiċjal Kummerċjali Kap tal-Air Malta.

"Din ix-xitwa żidna b’mod sostanzjali l-frekwenzi tar-Russja u ser nagħmlu tliet titjiriet fuq bażi charter lejn Iżrael. Irrivedejna wkoll il-ftehimiet tagħna ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi biex noffru firxa aktar wiesgħa ta’ destinazzjonijiet kif ukoll intejbu l-konnessjonijiet ta’ titjiriet lejn Malta minn destinazzjonijiet lil hinn in-netwerk tagħna", kompla jgħid Saunders.

Din ix-xitwa, l-Air Malta ser tagħmel titjiriet diretti lejn/minn: Amsterdam, Ateni, Benghazi, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Hamburg, Istanbul, Londra (Gatwick u Heathrow), Manchester, Milan, Moska (Domodedovo u Sheremetyevo), Munich, Pariġi (Charles de Gaulle u Orly), Ruma, Sofija, Tripli, Vjenna u Zurich. Il-linja tal-ajru ser tagħmel ukoll titjiriet intra-Ewropej bejn Amsterdam u Brussell, Katanja u Munich kif ukoll bejn Ateni u Sofija.

L-Air Malta ser iżżomm l-istess ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi ma’ destinazzjonijiet lil hinn min-netwerk tal-Air Malta. Il-lista ta’ linji tal-ajru msieħba fil-kondiviżjoni tal-kodiċi jinkludu Lufthansa, Brussels Airlines, Austrian, Swiss, Meridiana, Turkish Airlines, Aeroflot, Etihad u Emirates. 

L-iskeda online tal-Air Malta hija disponibbli fuq, www.airmalta.com.  Il-portal joffri wkoll faċilitajiet oħrajn relatati mal-ivvjaġġar inkluż akkomodazzjoni f’lukandi, kiri ta’ karozzi u assigurazzjoni għall-ivvjaġġar.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!