'Pass the Parcel' ma' Air Malta

Data: Il-Ġimgħa, 20 ta Diċembru 2013
Ref: 091-2013


Eżatt għall-Btajjel tal-Milied, Air Malta nediet logħba 'Pass the Parcel' online fejn qed tagħti ċ-ċans lin-nies jirbħu wieħed minn aktar minn 800 rigal mill-isbaħ inkluż titjiriet bla ħlas, skontijiet, biljetti għad-dħul fil-Malta Aquarium u aċċess bla ħlas fil-Lounge La Valette għall-VIP.

Il-linja tal-ajru żviluppat logħba online fejn ħbieb jistgħu jgħaddu r-rigali elettroniċi bejniethom sakemm ir-rebbieħ iffurtunat jirnexxielu jikxef ir-rigal mit-tgeżwir.

Ir-rigali elettroniċi sejrin jintbagħtu f'indirizzi elettroniċi li jintgħażlu b'mod każwali mil-lista postali ta' Air Malta. Jekk tirċievi rigal imgeżwer, dak li għandek tagħmel huwa li tikteb l-email ta' ħabib/a qabel tiċċekkja jekk irbaħtx inti. Jekk tirbaħ, ‘prosit’. Iżda jekk ma rbaħtx, tinkwieta xejn għaliex ir-rigal imgeżwer elettroniku mbagħad jintbagħat lill-ħabib/a tal-għażla tiegħek u l-proċess jirrepeti ruħu sakemm xi ħadd fil-katina jirbaħ.

Il-logħba tippermetti li kull rigal imgeżwer jgħaddi minn id għal oħra sa disa' darbiet qabel xi ħadd jirbaħ. 

"Kulħadd jieħu gost jagħti jew jirċievi rigal fil-Milied u aħna, f'Air Malta, mimlijin bl-ispirtu tal-Milied. Tassew tieħu pjaċir tieħu sehem f''Pass the Parcel' online ta' Air Malta u huwa mod mill-aqwa kif turi lil ħbiebek li inti ħsibt fihom ukoll," qal il-Kap Uffiċjal Kummerċjali, Philip Saunders.

"Dan huwa l-mod tagħna kif niċċelebraw sena ta' suċċess u kif inroddu ħajr lil dawk kollha li tawna l-appoġġ tagħhom," żied jgħid. 
 
Hemm aktar minn 800 rigal x'jintrebaħ, għalhekk ibda aqsam ftit mill-Ispirtu tal-Milied mal-Air Malta mil-lum!

pass the parcel with Air Malta


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!