L-Ewwel Riċeviment tal-Milied tal-Air Malta fi Tmien Snin

Data: It-Tnejn, 23 ta’ Diċembru 2013
Ref: 088-2013

Aktar minn 350 impjegat tal-Air Malta attendew għall-ewwel riċeviment tal-Milied għal l-istaff  tal-linja tal-ajru fi tmien snin. 

Wara assenza twila, Team Air Malta, il-kumitat soċjali u għall-isports tal-Air Malta l-ġdid, ħa l-inizjattiva li jorganizza riċeviment tal-Milied għall-impjegati f’The Palace Hotel f’Tas-Sliema.

"L-atmosfera mimlija entużjażmu fir-riċeviment tal-Milied tagħna turi kemm l-affarijiet nbidlu. Il-membri l-ġodda tal-kumitat soċjali u għall-isports, maħtura ftit xhur ilu, diġà organizzaw diversi attivitajiet għall-impjegati f’dawn l-aħħar ġimgħat. Qegħdin naħdmu bla waqfien biex inkomplu norganizzaw attivitajiet oħra kemm jekk huma avvenimenti soċjali, sportivi jew filantropiċi fejn inlaqqgħu flimkien il-kollegi tagħna minn diversi dipartimenti biex nassistu l-komunità lokali," qalet Vanessa Muscat kelliema għal Team Air Malta.

Ir-riċeviment kien miftuħ għall-membri kollha tal-ħaddiema tal-Air Malta u tħallas minn dawk li attendew.

Mix-xellug: Alexander Gusman, LeeAnn Vassallo (bil-wieqfa), Lydia Scerri, David Camilleri, Isabella Micallef, Norita Formosa, Daniel John Calleja, Maria Azzopardi, Maria Lara Grech, John Agius, Elizabeth Grech.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!