L-Air Malta tniedi Micro Site sabiex tfakkar l-40 anniversarju tagħha

Ġunju 3, 2014

Data: It-Tlieta, 3 ta’ Ġunju 2014
Ref: 054-2014 

L-Air Malta nediet micro site bil-avvenimenti ewlenin matul l-40 sena minn minndu bdiet ittir fl-1 ta’ April 1974.

Il-micro site telenka l-kisbiet ewlenin tal-linja tal-ajru permezz ta’ timeline interattiv maqsum fuq l-erba’ deċenji. Hemm ukoll filmat b’xeni rari ta’ avvenimenti importanti.

Elementi oħrajn jinkludi infografika interessanti ta’ rekords miksuba mill-Air Malta, bħan-numru ta’ passiġġieri li taru mal-linja tal-ajru, in-numru ta’ bagalji li nġarru, it-tunnellaġġ t’ikel, annimali domestiċi li nġarru u distanzi kopruti. Il-linja tal-ajru offriet is-servizzi tagħha lil aktar minn 49 miljun passiġġier u din is-sena, ser tkun kburija li ttajjar il-50 miljun passiġġier tagħha.   

“Aħna kburin li nniedu dan il-micro site li tikkommemora l-40 anniversarju tagħna u tirrakkonta l-istorja tal-linja tal-ajru. L-Air Malta hija kburija li għandha 40 sena ta’ servizz u tinsab ħerqana li tkompli toffri servizz ta’ kwalità lil dawk kollha li jagħżlu li jtiru mal-linja tal-ajru tal-gżejjer Maltin,” qal Philip Saunders, il-Kap Uffiċjal Kummerċjali.

Din it-tnedija ssegwi l-wasla ta’ ajruplan ftit ġimgħat ilu li l-Air Malta żebgħat mill-ġdid bid-dehra oriġinali tagħha biex tiċċelebra dan l-anniversarju.

Wieħed jista’ jaċċessa l-micro site minn fuq dan il-link:   www.airmalta.com/40


1