L-Air Malta tilħaq it-80,000 Like fuq Facebook

Data: L-Erbgħa, 16 ta’ Lulju 2014

Ref: 067-2014 MT

L-Air Malta tilħaq it-80,000 Like fuq Facebook
L-Air Malta (www.airmalta.com) laħqet it-80,000 Like fuq Facebook, u b’hekk żammet il-pożizzjoni tagħha bħala waħda mid-ditti Maltin l-aktar popolari fuq il-midja soċjali.

“Facebook jippermettilna naqsmu l-imħabba tagħna għal Malta u d-destinazzjonijiet l-oħra tagħna mal-klijenti madwar id-dinja kollha. Ninsabu kburin li għandna udjenza li tinvolvi ruħha ħafna u li baqgħet tikber kull xahar," qal il-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta, Philip Saunders.

“Xahrejn ilu biss konna qegħdin niċċelebraw it-tragward ta’ 70,000 Like, għalhekk dan ir-rekord il-ġdid huwa partikolarment inkoraġġanti."

Il-paġna ta’ Facebook tal-Air Malta tiġi aġġornata regolarment b’vidjows, ritratti, posts fuq il-blogg u kompetizzjonijiet li jiċċelebraw il-passjoni tal-linja tal-ajru għall-ivvjaġġar, b’mod partikolari f’Malta u d-diversi destinazzjonijiet l-oħrajn tagħha.

Is-segwaċi tal-Air Malta jikkontribwixxu wkoll b’mod regolari, billi jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bil-paġna www.facebook.com/airmalta b’rispons konsistenti dwar it-titjiriet u s-servizzi tal-Air Malta. 

Matul dawn l-aħħar tliet xhur, l-Air Malta offriet lis-segwaċi ta’ Facebook tagħha 25% skont fuq it-titjiriet skedati tagħha madwar l-Ewropa biex tiċċelebra l-40 anniversarju tagħha u organizzat kompetizzjoni ta’ tbassir matul l-istaġun tal-futbol, li tat il-possibbiltà lill-parteċipanti kollha jirħbu skontijiet u titjiriet bla ħlas.


 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!