L-Air Malta tibbukja t-tieni Ajruplan tal-Imħabba minħabba domanda kbira

Frar 11, 2014

Data: It-Tlieta, 11 ta Frar 2014
Rif: 017-2013 MT


Biljetti għall-Ajruplan tal-Imħabba tal-Air Malta nħatfu fi ftit ġranet u t-tieni titjira ġiet miżjuda sabiex tagħmel żgur li ħadd ma jitħalla diżappuntat.

Wara s-suċċess kbir tas-sena li għaddiet, l-Air Malta ser terġa’ toffri lill-koppji vjaġġ madwar il-kosta ta’ Sqallija u l-Vulkan Etna bil-lejl. 

It-titjira tinkludi ikla romantika adattata għall-gosti tagħkom f’għoli ta’ 14,000 pied, kif ukoll siġġijiet fis-sezzjoni club class għal kumdità massima – koppja waħda f’kull ringiela.

Ser ikun hemm mużiċisti jdoqqu serenati għall-koppji abbord, li ser jingħataw ukoll Baskett tal-Imħabba li jinkludi rigal mingħand Classic Jewellers u xi sorpriżi sbieħ oħrajn. 

“L-avveniment tas-sena li għaddiet kien suċċess inkredibbli,” qal il-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta. 

“Id-domanda din is-sena kienet saħansitra aħjar, għalhekk żidna titjira oħra. Jekk għadek m’għamiltx pjanijiet għal San Valentinu, din hija l-okkazzjoni li tagħmel xi ħaġa speċjali għal maħbub jew il-maħbuba tiegħek. Żgur m’hux ħa tkun diżappuntat,” żied jgħid. 

Il-koppji interessati jistgħu jibbukkjaw permezz tal-uffiċċju tal-bejgħ tagħna fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew fuq 22999620. 

L-Ajruplan tal-Imħabba tal-Air Malta għandu l-appoġġ ta’ Malta International Airport, Classic Jewellers, SkyGourmet, Marsovin, Nescafe u Baci Perugina.

Agħti daqqa t’għajn biex tara x’ġara s-sena li għaddiet: 


    

#TheAirMaltaLovePlane

1