X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:28°C L:24°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Air Malta taħtar Deputat Kap Kummerċjali

Data:   Il-Ħamis, 7 ta' Awwissu 2014
Ref:     072-2014 MT

L-Air Malta bdiet ħidma kbira biex mill-ġdid tibni t-tim amministrattiv tagħha. Din il-ħidma bdiet bil-ħatra tas-Sur Joseph Galea bħala Deputat Kap Kummerċjali.

Is-Sur Galea, li għandu 50 sena, ħadem fil-qasam tat-turiżmu Malti għal dawn l-aħħar 23 sena, l-aktar reċentament bħala Direttur Internazzjonali tal-Marketing għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. 

Huwa serva bħala Direttur Internazzjonali għall-Marketing tal-MTA sa minn Novembru 2006 u kien responsabbli b'mod dirett għal-pożizzjonar tal-gżejjer Maltin f'diversi swieq barranin.

Il-linja tal-ajru ħarġet ukoll sejħa internazzjonali biex timla l-kariga ta' Kap Uffiċjal Kummerċjali, li qabel kienet okkupata mis-Sur Philip Saunders. 

Is-Sur Galea sejjer jieħu post il-Kap Kummerċjali wara perjodu definit ta' tliet snin, li matulu huwa sejjer jikseb biżżejjed esperjenza fil-linja tal-ajru sabiex ikun jista' jmexxi d-dipartiment kummerċjali.

"Huwa ċar li t-tim amministrattiv tal-Air Malta jrid igawdi minn imħabba kbira u għarfien profond tal-prodott li qed ibiegħ. Madankollu, huwa diffiċli li ssib kandidati Maltin li għandhom ukoll l-esperjenza meħtieġa għal rwol bħal dan f'linja tal-ajru kummerċjali. Permezz ta' dawn il-ħatriet, ser inkunu qed nużaw il-ħila internazzjonali sabiex niżviluppaw it-talent Malti. Dan it-tip ta' ippjanar tas-suċċessjoni, li tul dawn l-aħħar snin kien nieqes mil-linja tal-ajru, sejjer jiżgura l-kontinwità għas-snin li ġejjin," qalet iċ-chairperson tal-Air Malta, Maria Micallef. 

Is-CEO Louis Giordimaina qal: "L-Air Malta, għal darb'oħra tinsab f'salib it-toroq. Id-dħul qiegħed taħt pressjoni minħabba ż-żieda fil-kompetizzjoni u s-sospensjoni tar-rotta tal-Libja, waħda mir-rotot tagħna li l-aktar tagħtina profitt. Il-Kap Kummerċjali u d-deputat tiegħu sejjer minnufih ikollhom il-kompitu li jsibu modi ġodda kif jiżviluppaw linja tajba ta' dħul li hija b'saħħitha u sostenibbli, żewġ affarijiet li għadhom ma ġewx milħuqa mill-linja tal-ajru minkejja l-implimentazzjoni kontinwa tal-pjan ta' ristrutturar."

Is-Sur Galea qatta' snin twal jiżviluppa relazzjonijiet ma' partijiet interessati fis-settur inkluż ‘tour operators’ u organizzaturi tal-konferenzi/avvenimenti.  Ser ikun f'kariga ideali sabiex itejjeb u joħloq flussi ta' dħul ġodda għal-linja tal-ajru. 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn