L-Air Malta ser tibda topera titjiriet lejn l-Ajruport Sabiha Gökçen ta’ Istanbul

Data: Il-Ħamis, 16 ta’ Jannar 2014
Ref: 002-2014 MT


L-Air Malta ser tiċċaqlaq mill-ajruport ta’ Atatürk f’Istanbul u ser tibda topera titjiriet lejn l-ajruport ieħor tal-belt, dak ta’ Sabiha Gökçen. 

Dan l-ajruport, li ħa ismu mill-ewwel bdot mara tal-gwerra Sabiha Gökçen, huwa l-mitjar li qiegħed jikber bl-aktar ritmu mgħaġġel fid-dinja hekk kif iservi aktar minn 19-il miljun passiġġier fis-sena.

L-ajruport Sabiha Gökçen jinsab fuq in-naħa tal-lvant tal-istrett ta’ Bosphorus u għalhekk jagħmel parti min-naħa Asjatika tal-belt bi-kontinentali.

L-ajruport jinsab biss 40 minuta bogħod miċ-ċentru tal-belt permezz ta’ taxi u joffri varjetà sħiħa ta’ mezzi ta’ trasport effiċjenti li fost l-oħrajn jinkludu servizz rapidu ddedikat ta’ xarabanks immexxi mill-ajruport u trasport pubbliku. Xarabanks diretti lejn l-istazzjon tal-metro li jinsab fil-qrib jipprovdu aċċess għal-linji tal-metro u l-mina ta’ Marmaray li tgħaqqad flimkien iż-żewġ naħat tal-belt taħt il-Bosphorus.

L-ewwel titjira tal-Air Malta lejn l-ajruport Sabiha Gökçen ser tkun fil-31 ta’ Marzu u ser issegwi l-iskeda tas-Sajf li għadda ta’ tliet titjiriet fil-ġimgħa, kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ħamis. Huma disponibbli titjiriet ta’ konnessjoni lejn ajruporti oħra lil hinn, prinċipalment ġewwa t-Turkija.

“L-Ajruport Sabiha Gökçen iservi wesgħa dejjem tikber u li fil-biċċa l-kbira tagħha mhijiex sfruttata fin-naħa Asjatika ta’ Istanbul u bliet oħra fin-nofsinhar tal-pajjiż. L-ajruport ser jipprovdilna aktar flessibbiltà operattiva," qal Philip Saunders, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta. 

Dax-xahar, l-Air Malta nediet kampanja li toffri skont ta’ 50 % fuq it-itjiriet lejn/minn Malta-Istanbul. Is-sejl jagħlaq fil-31 ta’ Jannar 2014. 

Il-biljetti, li jibdew minn €59 biss għal vjaġġ mingħajr ritorn li jinkludi t-taxxi u t-tariffi, huma validi għal vjaġġi bejn is-6 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu 2014. 

Il-belt storika ta’ Istanbul hija l-qalba ekonomika, kulturali u storika tat-Turkija. L-attrazzjonijiet tagħha jinkludu minareti twal, ċisterni Biżantini li jinsabu taħt l-art u banjijiet pubbliċi tal-fwar. 

Żur www.goturkey.com għal aktar informazzjoni.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!