Mejju 17, 2013
Mis-17 ta’ Ġunju, l-Air Malta ser tibda tipprovdi servizz skedat ġdid lejn Algiers, il-belt kapitali tal-Alġerija. Il-Linja tal-Ajru Nazzjonali ta’ Malta ser topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis u mistennija li ġġorr 6,000 passiġġier dan is-sajf.
Fil-kummenti tiegħu dwar dan is-servizz ġdid, Philip Saunders, il-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta qal, “Din hija aħbar tajba għal Malta u għall-Alġerija. It-titjiriet tagħna ser joffru konnessjoni li hija tant meħtieġa, u huma mistennija li jiffaċilitaw u jtejbu l-opportunitajiet ta’ negozju bejn iż-żewġ pajjiżi.”
B’popolazzjoni ta’ aktar minn 37 miljun u ekonomija bbażata fuq riżorsi taż-żejt, l-Alġerija hija pajjiż b’rikkezza ta’ storja. Hija l-ikbar pajjiż fl-Afrika u qiegħda tagħmel minn kollox biex terġa’ tikseb ir-reputazzjoni tagħha bħala destinazzjoni turistika eċċellenti.
Tista’ ssib aktar tagħrif fuq www.airmalta.com, billi ċċempel liċ-Ċentru tat-Telefonati tal-Air Malta fuq +356 21662211, l-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Aġenti tal-Ivvjaġġar f’Malta u fl-Alġerija.
L-Iskeda tat-Titjiriet Malta - Algiers:
It-Tnejn
KM824 | tluq | Malta | 0005 | wasla | Algiers | 0055 |
KM825 | tluq | Algiers | 0155 | wasla | Malta | 0435 |
Il-Ħamis
KM824 | tluq | Malta | 0045 | wasla | Algiers | 0135 |
KM825 | tluq | Algiers | 0235 | wasla | Malta | 0515 |
Iljunfant Illizi, Saħara, l-Alġerija – Formazzjoni tal-melħ fil-forma ta’ iljunfant.