X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:31°C L:25°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Air Malta Tqanqal l-Ispirtu tal-Milied b’Filmat Ġdid

Data: L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru 2013
Ref: 090-2013


Suq tal-Milied mimli ħajja, ikkaratterizzat minn mużika folkloristika, ħelu assoċjat ma’ dawn iż-żminijiet u għadd kbir ta’ xemgħat iservu bħala x-xenarju għall-aħħar vidjo tal-Air Malta.

Il-vidjo, li ser jinħareġ illum, huwa bbażat fuq il-Milied b’mod simili għall-vidjo li nħareġ fis-Sajf, fejn mijiet ta’ xemgħat inxtegħlu fil-Bajja tal-Ġnejna biex jinħolqu diversi xbihat emblematiċi b’rabta ma’ Malta.

Din id-darba, ix-xemgħat jirrappreżentaw xbihat assoċjat mal-Milied inkluż siġra tal-Milied, kalzetta u presepju. 

Filwaqt li juża l-islogan “Inqanqlu l-ispirtu tal-Milied”, il-vidjo qiegħed jinxtered fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-Air Malta, jiġifieri YouTubeFacebook u Twitter.

Dan il-vidjo nħoloq minn BRND WGN, taħt id-direzzjoni tal-fotografu Kurt Arrigo u nġibed f’Villa Bologna, post ferm imponenti. Il-mużika ħadu ħsiebha t-trio folkloristiku lokali, Stalko. 

“Malta hija destinazzjoni mill-aqwa, anki matul ix-xhur tax-Xitwa. Huwa minnu li f’Malta ma tinżel l-ebda borra, iżda għandna x-xorti li jkollna temp sabiħ u dak l-ispirtu li tassew jirrappreżenta l-Milied! Nemmnu li l-vidjo jirrifletti dan b’mod pjaċevoli,” jgħid il-Kap Uffiċjal għall-Kummerċ, Philip Saunders.

95,000 persuna raw ir-reklam tax-xemgħat tas-sajf li għadda tal-Air Malta fuq You Tube, li ġie inkluż fuq il-paġna ewlenija ta’ Advertising Served, li hija meqjusa bħala vetrina tal-aqwa direzzjoni ta’ arti kreattiva fid-dinja.

Ara l-vidjo tal-Milied hawnhekk: 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn