L-Air Malta Tkompli fi Triqitha lejn l-Irkupru Finanzjarju

Data: L-Erbgħa, 30 ta’ Ottubru 2013
Ref: 081-2013 MT


L-Air Malta llum ppreżentat ir-rapport annwali vverifikat u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tagħha għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2013. Dawn il-figuri vverifikati, li ġew irreġistrati fi tmiem it-tieni sena tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ ħames snin tal-linja tal-ajru, ikomplu juru t-titjib pożittiv li qiegħda tilħaq l-Air Malta. Matul dan il-perjodu l-linja tal-ajru naqset b’aktar min-nofs it-telf mill-operat tas-sena ta’ qabel, żiedet b’mod sinifikanti d-dħul tagħha, irreġistrat żieda fil-load factor tal-passiġġiera u tejbet il-prestazzjoni tal-ħin tat-titjiriet tagħha.

Dawn ir-riżultati, li inkludew ukoll il-figuri interim ta’ sitt xhur (minn April sa Settembru 2013), tħabbru fid-dettall illum matul konferenza stampa indirizzata miċ-Chairman tal-Air Malta, Raymond Fenech, il-Kap Eżekuttiv, Peter Davies; u l-Uffiċjal Kap Finanzjarju, Nick Xuereb. 5:36:19 PM


Ir-Riżultati Finanzjarji għas-Sena li Ntemmet f’Marzu 2013
Matul din is-sena finanzjarja, il-linja tal-ajru rrapportat telf mill-operazzjonijiet tal-linja tal-ajru qabel l-ispejjeż tar-ristrutturar u dawk finanzjarji ta’ 13.7 miljun Euro (2012: €29.7m, 2011: €34m). Dan ir-riżultat huwa miljun Euro aħjar minn dak ibbaġitjat fil-Pjan ta’ Ristrutturar u jirrappreżenta titjib ta’ 16-il miljun Euro fuq s-sena l-oħra. It-telf totali għas-sena wara r-ristrutturar u l-ispejjeż finanzjarji kien ta’ 31.2 miljun Euro (2012: €38.4m, 2011: €88.9m).

Id-dħul mill-operat tal-linja tal-ajru żdied b’13-il miljun Euro għal 221 miljun Euro (2012: €210.5m, 2011: €205.7m). Dan kien xprunat minn titjib kostanti fl-inizjattivi ta’ ġenerazzjoni tad-dħul li jinkludu dħul dawk anċillari. 

Matul din is-sena, l-Available Seat Kilometers (miljuni ta’ ASKs) naqsu b’7 % għal 3,483 minn 3,738. Dan huwa f’konformità mal-miżuri kompensatorji tal-Pjan ta’ Ristrutturar approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Minkejja dan it-tnaqqis fil-kapaċità ta’ seats, l-Air Malta ġarret 1.74 passiġġier, tnaqqis minimu ta’ 2 % mill-1.78 miljun passiġġier irreġistrat is-sena l-oħra. Ir-riżultat pożittiv intlaħaq permezz ta’ żieda fil-fattur tal-ammont ta’ passiġġieri ta’ +.1.7 % għal 76.5 % (2012: 74.8 %, 2011: 68.5 %).

Prestazzjoni tal-Ħin
Il-prestazzjoni tal-ħin (OTP), li qiegħda tiġi rrapportata għall-ewwel darba matul ir-rapport annwali tal-linja tal-ajru, tjiebet b’3.8 % għal 80.1 %. (2012: 76.3 %, 2011: 76.7 %). Din il-miżura operattiva tindika l-persentaġġ ta’ titjiriet li telqu fi żmien 15-il minuta mill-ħin skedat għat-tluq tagħhom. Din hija miżura industrijali standard ta’ prestazzjoni tal-ħin tal-linja tal-ajru u hija wieħed mill-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fl-industrija. Matul l-aħħar sena, l-Air Malta nediet programm ta’ proġetti ta’ ri-inġinerija tal-proċess ta’ negozju biex ittejjeb l-OTP tagħha. 

Hedging tal-Fjuwil 
Il-fjuwil huwa l-akbar element ta’ spiża għall-Air Malta hekk kif jammonta għal 28 % tad-dħul tal-linja tal-ajru. L-istrateġiji ta’ hedging tal-fjuwil u l-munita adottati mill-Kumpanija qegħdin iħallu l-effetti mixtieqa fid-dawl tal-fatt li r-riskju ta’ spejjeż tal-fjuwil ogħla qiegħed jiġi mitigat. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi l-Air Malta qelbet b’suċċess dak li kien penali ta’ spiża sostanzjali kontra l-kompetizzjoni tagħna biex ikun f’konformità u xi drabi saħansitra aħjar mill-kompetizzjoni diretta.

Triq għall-Implimentazzjoni 
L-effettività tal-miżuri ta’ ristrutturar li ttieħdu, ġiet riflessa fir-riżultati finanzjarji mtejba rreġistrati matul is-sena finanzjarja kurrenti. Il-linja tal-ajru miexja sostanzjalment tajjeb fl-inizjattivi ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul tagħha, madankollu fid-dawl tal-implimentazzjoni mdewma ta’ ċerti miżuri previsti, il-benefiċċju sħiħ tat-tnaqqis mistenni fl-ispejjeż ma ġiex esperjenzat mill-Kumpanija matul din is-sena. 

Dan huwa mistenni li jseħħ fis-sena finanzjarja kurrenti u b’hekk itejjeb ulterjorment ir-riżultati mill-operat rreġistrati. Matul din is-sena kurrenti, il-Kumpanija ser issegwi l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.
 
Il-linja tal-ajru għandha tkompli tindirizza l-bażi tal-ispejjeż tagħha. Għadhom għaddejjin diskussjonijiet kuntrattwali ewlenin mal-World Aviation Group, SkyGourmet u Sabre fost l-oħrajn. Inizjattivi oħrajn relatati mal-ispejjeż li qegħdin jiġu indirizzati, inkluż it-tariffi tas-Sistemi ta’ Distribuzzjoni Globali, it-tindif tal-ajruplani u l-finanzjament tar-riżervi. Dawn id-diskussjonijiet tal-kuntratti jsegwu l-ftehim ta’ negozjati kuntrattwali mill-ġdid milħuqa s-sena l-oħra ma’ fornituri ewlenin oħra inkluż Lufthansa Technik, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u s-SITA. 

Riżultati Interim ta’ Nofs is-Sena (April – Settembru 2013)
Matul il-perjodu ta’ sitt xhur li jsegwi wara d-dikjarazzjonijiet finanzjarji vverifikati mħabbra llum, l-Air Malta żiedet id-dħul tagħha b’9.6 miljun Euro (7.2 %) meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Matul dan il-perjodu, il-linja tal-ajru rreġistrat profitt mill-operat ta’ qabel ir-ristrutturar u spejjeż relatati oħrajn ta’ 6.25 miljun Euro (NS2012: 0.41m). Il-profitt għall-perjodu, wara r-ristruttur u l-ispejjeż finanzjarji, kien ta’ 2.9 miljun Euro (NS2012: telf ta’ 5.6 miljun Euro). 

Matul dan il-perjodu, l-Air Malta rreġistrat żieda fil-passiġġieri ta’ 5 % għal 1.11 miljun (NS2012: 1.06m) u tnaqqis fil-fattur tal-ammont ta’ 1.7 % għal 76.8 % (NS2012: 78.5 %). L-Air Malta tejbet ukoll l-OTP b’6% għal 84.5% (Apr-Sep 2012: 78.5%).

Konklużjoni
Din kienet sena tassew importanti u eċċitanti għal-linja tal-ajru. Matul dan il-perjodu, il-linja tal-ajru rreġistrat tragwardi sinifikanti li inkludew l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar mill-Kummissjoni tal-UE. Is-sena rat ukoll it-tnedija tal-brand il-ġdid u r-ripożizzjonament tal-linja tal-ajru, l-inawgurazzjoni tal-Uffiċċji Prinċipali ġewwa Skyparks u t-tnedija ta’ websajt ġdida.

Din is-sena l-Air Malta investit 3.5 miljun Euro f’tagħmir għas-Servizzi fuq l-art ġewwa l-ajruport, bdiet mill-ġdid it-titjiriet ta’ kuljum lejn Tripli u inawgurat titjiriet lejn Benghazi. Innegozjat mill-ġdid il-ftehim kuntrattwali mas-SITA, iffirmat Ftehimiet Kollettivi mal-Unjoni tal-Inġiniera u l-ALPA, nediet rivista ġdida Il-Bizzilla għal waqt it-titjiriet u ħatret lil Joseph Calleja bħala l-ambaxxatur tad-ditta tagħha. Biegħet ukoll lil Holiday Malta u l-Flyaway Tours biex tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tal-Pjan ta’ Ristrutturar. 

L-Air Malta ser tkompli tagħti spinta ‘l quddiem lil numru ta’ proġetti relatati speċifikament mat-tnaqqis fl-ispejjeż filwaqt li tmexxi proġetti ġodda għat-titjib fid-dħul. Għada ser jitnieda proġett ewlieni ta’ ppjanar tar-riżorsi tal-impriża finanzjarja (ERP) li ser jara bidla radikali fis-sistemi finanzjarji tal-linja tal-ajru mmexxija minn sett integrat ta’ moduli tas-softwer. Dan il-proġett ewlieni għandu l-għan li jġedded mill-qiegħ l-istruttura, il-proċessi, il-proċeduri u s-sistemi ta’ softwer finanzjarju tal-linja tal-ajru. 

Il-linja tal-ajru jeħtieġ li tinvesti wkoll fit-tisħiħ tal-ġestjoni u l-kontabbiltà u tkompli tmexxi rivoluzzjoni kulturali fi ħdan l-impjegati tagħha.

Ir-rapport annwali vverifikat u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tagħha għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2013 - PDF


 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!