L-Air Malta Tikkanċella Temporanjament it-Titjiriet Lejn Tripli

Data: It-Tnejn, 14 ta’ Lulju, 2014
Ref: 068-2014 MT


L-Air Malta temporanjament ikkanċellati t-titjiriet skedati tagħha ta’ kuljum lejn Tripli, minħabba l-għeluq tal-ajruport Internazzjonali tal-belt.

Dan tħabbar wara li uffiċjali tal-ajruport ta Tripli qalu li l-ajruport jista' jibqa' magħluq għal numru ta' jiem minħabba tħassib dwar is- sigurtà tiegħu.

Kelliem għall-linja tal-ajru stqarr, "L-Air Malta qeda kontinwament tarbel is-sitwazzjoni permezz tal-uffiċjali tagħha bbażati fi Tripli. Is-saħħa u sigurtà huma l-prijorita’ numru wieħed għall-Air Malta u l-linja tal-ajru se terġa tibda topera is-servizzi lejn il-belt meta s-sitwazzjoni tirritotorna għan-normal. "

Klijenti bbukkjati fuq titjiriet tal-Air Malta lejn Tripli qed jiġu offruti rifużjoni sħiħa tal-biljetti tagħhom jew il-possibbiltà li jibdlu d-data tat-tluq tagħhom b'xejn.

It-titjiriet tal-Air Malta lejn Benghazi huma wkoll sospiżi wara l-għeluq tal-ajruport f'Mejju ta' din is-sena.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!