X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
shab mifrux H:17°C L:13°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Air Malta Tiġbor Aktar Minn €4,250 għall-Kanċer tas-Sider

Data: Il-Ġimgħa, 10 ta’ Jannar 2014
Ref: 004-2014

L-Air Malta ġabret aktar minn €4,250 għall-Grupp ta’ Appoġġ għall-Kura tas-Sider, Europa Donna Malta matul ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar iddedikat għas-sensibilizzazzjoni dwar il-kanċer tas-sider. 

Permezz ta’ inizjattiva konġunta ma’ Sky Gourmet, l-ekwipaġġ tal-kabina tal-Air Malta qassam żigarelli roża għad-donazzjonijiet irċevuti fuq titjiriet magħżula. 

Dawn id-donazzjonijiet ammontaw għal €3,800, filwaqt li nġabru €450 mill-membri tal-persunal tal-Air Malta permezz ta’ bejgħ ta’ kejkijiet. 

Il-fondi miġbura ġew ippreżentati mill-Uffiċjal Kummerċjali Kap Philip Saunders lil Gertrude Abela, President ta’ Europa Donna Malta. 

Hu qal "Ninsabu entużjasti li aħna sħab f’kawża daqstant kbira filwaqt li nqajmu aktar kuxjenza fost il-passiġġieri tagħna dwar l-importanza tas-sejbien bikiri u l-kura tal-kanċer tas-sider." 

Is-Sa Abela rringrazzjat lill-kumpanija għall-appoġġ kostanti tagħha ta’ kull sena speċjalment matul ix-xahar ta’ Ottubru.

Id-donazzjonijiet miġbura ser imorru għall-istampar tal-materjal ta’ komunikazzjoni biex iħeġġeġ lin-nisa jagħżlu ikel bnin u biex jipprattikaw xi forma ta’ eżerċizzju - żewġ fatturi importanti biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kanċer tas-sider. 

Il-Grupp ta’ Appoġġ għall-Kura tas-Sider, Europa Donna Malta huwa NGO mingħajr skop ta’ qligħ u ilu attiv sa mill-1989. Il-missjoni tiegħu huwa li jqajjem kuxjenza u jappoġġja l-pazjenti u l-familji li jkunu għaddejjin mit-trawma ta’ kanċer tas-sider. Matul is-sena, il-grupp jaħdem bla heda biex jorganizza kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u jorganizza taħditiet fl-iskejjel u f’postijiet tax-xogħol differenti. Il-grupp jopera linja ta’ appoġġ 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa (li wieħed jista’ jaqbad magħha billi jċempel in-numru 9999 4666) li tindirizza numru kbir ta’ telefonati matul is-sena u toffri wkoll servizz ta’ għoti ta’ pariri fuq bażi individwali. Is-servizzi u l-materjali kollha huma mingħajr ħlas. 

Din il-kampanja tagħmel parti mill-inizjattivi ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Air Malta li permezz tagħhom il-linja tal-ajru tappoġġja l-organizzazzjonijiet li jaħdmu bla heda fil-Komunità Maltija. L-ebda linja tal-ajru oħra li topera lejn Malta ma tagħti appoġġ kontinwu lil organizzazzjonijiet volontarji u mhux governattivi bħalma tagħmel l-Air Malta.


Ir-ritratt juri lil: Philip Saunders, Uffiċjal Kummerċjal Kap (It-tieni mix-xellug) Is-Sa Gertrude Abela, Is-Sa Anne Micallef u l-Ekwipaġġ tal-Kabina tal-Air Malta.

 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn