L-Air Malta Tiċċelebra mal-Aġenti tal-Ivvjaġġar Lokali

Data: It-Tlieta, 24 ta’ Diċembru 2013
Ref: 101-2013 MT

L-Air Malta ċċelebrat it-tmiem tas-sena billi raddet ħajr lill-aġenti tal-ivvjaġġar għall-appoġġ u l-ħidma bla heda tagħhom matul l-2013. 

L-avveniment kien opportunità tajba għall-industrija lokali tal-ivvjaġġar u għar-rappreżentanti tal-Air Malta biex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom ma' xulxin u jisimgħu l-aħħar aġġornamenti dwar l-inizjattivi li l-linja tal-ajru qiegħda taħdem fuqhom li ser jiġu mħabbra fl-2014.

“L-aġenti jibqgħu parti importanti tal-industrija tal-ivvjaġġar u din hija r-raġuni għalfejn l-Air Malta temmen li għandha turi gratitudni lil dawk kollha involuti. L-Air Malta qiegħda tiffaċċja ħafna sfidi u trid tkompli tadatta malajr għal suq li dejjem qiegħed jinbidel. Sabiex tiffaċċja dawn l-isfidi l-Air Malta teħtieġ appoġġ kostanti mill-partijiet interessati kollha, u l-aġenti tal-ivvjaġġar lokali kienu minn ta’ quddiem nett fl-għoti ta’ appoġġ lil-linja tal-ajru fil-bidliet mhux daqstant faċli li kellhom jiġu implimentati,” qal il-Kap Uffiċjal Kummerjali tal-Air Malta Philip Saunders, waqt riċeviment fil-Lukanda Intercontinental li għaliha attendew ħafna aġenti. 

Huwa stqarr ukoll li l-linja tal-ajru rnexxielha tilħaq il-miri tagħha skont il-pjan ta’ ristrutturar bis-saħħa tal-ħidma tal-impjegati u l-partijiet interessati kollha. Iżda għad fadal ħafna xogħol xi jsir.

Il-laqgħa saret fir-ristorant Carissa fil-Lukanda Intercontinental.

Matul ir-riċeviment, l-Air Malta ħabbret lil Britannia Services bħala l-Aqwa Aġenzija tal-Ivvjaġġar għall-2012/2013. Meta mqabbla mal-aġenziji tal-ivvjaġġar lokali l-oħrajn kollha, Britannia Services Ltd iġġenerat l-ogħla bejgħ ta’ biljetti għall-Air Malta għal titjiriet ’il barra minn Malta minn individwi, gruppi u titjiriet charter.


Raprezentanti minn diversi aġenti tal-ivvjaġġar. (Mix-xellug għall-lemin) Peter Critien, Kevin Sciortino, Charles Cilia, David Abela, Joseph Calleja, Noel Farrugia, Paul Pizzuto, Malcolm Bugeja, Andy Mugliette. Quddiem - Denise Cuschieri.


(Mix-xellug għall-lemin)  Charles Cilia, Stephanie Mercieca, Philip Saunders, Sephora Marie Mifsud, Robert Borg, Michelle Bonnici.


 


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!