L-Air France u l-Air Malta jiffirmaw ftehim ta’ code-share


Ħal-Luqa, 10 ta’ Frar 2014
Ref: 012-2014


Mit-30 ta’ Marzu 2014, ser jibda jkun hemm 18-il titjira fil-ġimgħa bejn Pariġi, Lyon u Malta

L-Air France u l-Air Malta ffirmaw ftehim ta’ code-share li permezz tiegħu l-Air France ser tqiegħed il-kodiċi u n-numri ta’ titjira tagħha fuq it-titjiriet operati mill-Air Malta bejn Malta u Pariġi-CDG u Orly, kif ukoll bejn Malta u Lyon.
 
Dan il-ftehim li jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2014, ser jippermetti lill-Air France toffri lill-klijenti tagħha 18-il servizz fil-ġimgħa bejn iż-żewġt ibliet Franċiżi u Malta. It-titjiriet lejn/minn l-Ajruporti ta’ Pariġi-CDG u Pariġi-Orly ser jgħaqqdu man-netwerks domestiċi Franċiżi u dawk globali estensivi tal-Air France.

It-titjiriet ser jiġu operati mil-linja tal-ajru Maltija permezz tal-ajruplani Airbus A319/A320 u ser jibdew jinbiegħu mill-10 ta’ Frar 2014.

B’dan il-ftehim ta’ code-share, il-klijenti taż-żewġ linji tal-ajru ser jibbenefikaw minn servizzi ġodda, bħal through check-in għad-destinazzjoni finali tal-passiġġieri li għandhom konnessjoni. Il-passiġġieri tal-Air France ser ikunu jistgħu jakkwistaw Mili bil-programm ta’ lealtà Flying Blue.

Fil-kummenti tiegħu dwar dan il-ftehim, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta, Philip Saunders qal: “Ninsabu eċċitati li lħaqna dan il-ftehim u b’dak li jġib miegħu għall-klijenti tagħna. Billi nikkombinaw l-offerti ta’ titjiriet tagħna bejn iż-żewġ pajjiżi, il-klijenti tagħna ser jibbenifikaw minn aċċess għal ħafna destinazzjonijiet interkontinentali u Ewropej operati mill-Air France mill-hubs tagħha ta’ Pariġi-Charles de Gaulle u Orly. Kemm l-Air Malta kif ukoll Air France jaqsmu l-istess reputazzjoni u impenn lejn il-klijenti tagħhom, bħal servizz superjuri u livelli mtejba ta’ sodisfazzjoni tal-klijenti. Dan huwa pass ieħor importanti għall-Air Malta fl-40 anniversarju tagħna ta’ operat”.

Dan il-ftehim isaħħaħ b’mod sinifikanti l-offerta ta’ titjiriet tagħna lejn Malta, li bħalissa qiegħda tiġi koperta biss minn Toulouse. L-Air France qiegħda tespandi n-netwerk tagħha f’reġjun b’potenzjal ta’ turiżmu kbir u toffri lill-klijenti tagħha opportunitajiet ta’ vvjaġġar ġodda. Dan il-ftehim il-ġdid ser jgħin ukoll biex iżid it-traffiku taż-żewġ linji tal-ajru” stqarr Henri de Peyrelongue, SVP tal-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq tal-Air France-KLM.
 
Skedi tat-titjiriet (f’ħin lokali)

Kuljum

KM478/AF3040: titlaq minn Malta fis-6:35, tasal Pariġi-CDG fid-9:25
KM479/AF3041: titlaq minn Pariġi-CDG fl-10:15, tasal Malta fis-12:55

KM466/AF3042: titlaq minn Malta fis-13:25, tasal Pariġi-Orly fl-16:10
KM467/AF3043: titlaq minn Pariġi-Orly fil-17:00, tasal Malta fid-19:35

Is-Sibt


KM476/AF3044: titlaq minn Malta fl-15:50, tasal Pariġi-Orly fis-18:35
KM477/AF3045: titlaq minn Pariġi-Orly fid-19:30, tasal Malta fl-22:05

Il-Ħadd
 

KM476/AF3044: titlaq minn Malta fil-17:00, tasal Pariġi-Orly fit-19:45
KM477/AF3045: titlaq minn Pariġi-Orly fit-20:30, tasal Malta fil-23:05

Il-Ħamis u l-Ħadd

KM454/AF3046: titlaq minn Malta fis-7:10, tasal Lyon fid-09:20
KM455/AF3047: titlaq minn Lyon fl-10:05, tasal Malta f’12:10


Għal aktar dettalji jew biex tibbukkja żur is-sit www.airmalta.com, ċempel fuq +356 21662211, żur uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew ikkuntattja lill-aġent tal-ivvjaġġar lokali tiegħek.

Dwar l-Air Malta


L-ewwel titjira tal-Air Malta saret fl-1 ta’ April 1974. Il-linja tal-ajru kienet strumentali biex tiftaħ u tintegra Malta mal-bqija tad-dinja, tiddiversifika u tippreżenta opportunitajiet ta’ suq tat-turiżmu ġodda lejn il-ġżejjer u minnhom.

Dwar l-Air France

Flimkien mal-linja tal-ajru reġjonali tagħha Hop!, l-Air France topera 1 500 titjira ta’ kuljum fi Franza, l-Ewropa u madwar id-dinja. Il-flotta tagħha tinkludi 389 ajruplan.

Mill-2004, l-Air France u KLM kienu atturi ewlenin fl-industrija tat-trasport tal-ajru. Iż-żewġ linji tal-ajru joperaw l-aqwa netwerk fuq distanza twila li jitlaq mill-Ewropa. Fl-2013, l-Air France u KLM ġarru 78.4 miljun passiġġier. Iż-żewġ linji tal-ajru issa joffru lill-klijenti tagħhom, netwerk li jkopri 243 destinazzjoni f’103 pajjiżi mill-hubs tagħhom f’Pariġi-Charles de Gaulle u Amsterdam-Schiphol. Il-programm ta’ lealtà tagħhom Flying Blue huwa l-aqwa wieħed fl-Ewropa u għandu aktar minn 21 miljun membru. L-Air France u KLM huma membri tal-alleanza SkyTeam, li tinkludi 19-il linja tal-ajru u tipprovdi aċċess għal netwerk globali ta’ aktar minn 15 500 titjira kuljum lejn 1 000 destinazzjoni f’178 pajjiż.
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!