Joseph Calleja: “M’hemmx post ieħor bħal Malta”

Data: Il-Ġimgħa, 7 ta’ Marzu 2014
Ref: 21-2014

It-tenur Malti jsuq madwar gżiritna f’karozza sportiva ‘vintage’ ħamra
u jiftaħ qalbu dwar il-memorji ta’ tfulitu fl-aktar vidjow reċenti tal-Air Malta.

“Ma tistax tkun interessat/a fl-istorja taċ-ċivilizzazzjoni tal-bniedem u ma tiġix Malta.”

It-tenur Malti, Joseph Calleja, ivjaġġa madwar id-dinja kollha, madankollu xorta għadu jemmen li Malta huwa pajjiż minn fost l-iktar pajjiżi “interessanti, sbieħ, li jilqgħuk, spiritwali u storiċi” li tista’ ssib fid-dinja. 

Huwa jgħid dan fl-aktar vidjow reċenti tal-Air Malta, intitolat “Joseph Calleja: There’s no place like Malta”, fejn huwa jiftaħ qalbu dwar l-imħabba li huwa għandu lejn Malta, filwaqt li jieħu tant pjaċir madwar gżiritna f’karozza sportiva ‘vintage’ ħamra. 

Is-Sur Calleja, li huwa l-Ambaxxatur tad-Ditta Air Malta, jiftakar dwar il-memorji ta’ tfulitu filwaqt li jieħu gost bis-sbuħija li ma tistax titqabbel ta’ Malta. 

“Ma tistax tkun interessat/a fl-istorja taċ-ċivilizzazzjoni tal-bniedem u ma tiġix Malta,” jgħid huwa u jiftakar fir-riħa tal-ħobż Malti frisk ħierġa mill-fran ta’ Ħal Qormi jew bir-riħa tal-logħob tan-nar u tal-inċens matul il-festi tradizzjonali.
  
Il-kantant tal-opra li huwa famuż mad-dinja kollha, jitkellem ukoll dwar is-sensazzjoni li jħossu f’daru malli jilmaħ is-salib ta’ Malta fuq ajruplan tal-Air Malta meta jasal f’ajruport barrani. 

 

Ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Joseph Calleja bħala t-tenur Malti għamlitu bla dubju ta’ xejn, l-aqwa ambaxxatur internazzjonali li l-gżejjer jistgħu joffru. L-identità tiegħu toqgħod perfettament fil-viżjoni u fl-isforzi tad-ditta tal-Air Malta hija u tappoġġa l-promozzjoni tal-gżejjer Maltin barra minn xtutna.

Il-vidjow ta’ żewġ minuti, miġbud kollu kemm hu fi Frar, tqassam fuq il-mezzi ta’ YouTube, Facebook u Twitter tal-Air Malta u huwa l-aktar wieħed reċenti f’serje ta’ reklami virali li jippromwovu l-Air Malta bħala l-Linja tal-Ajru tal-gżejjer Maltin.

Is-Sur Calleja diġà deher f’vidjow klipp preċedenti tal-Air Malta fejn huwa kanta ‘O Sole Mio’ fuq ajruplan lil passiġġieri li ma kinux qed jistennew din is-sorpriża.

“Aħna tassew privileġġati li għandna ambaxxatur tad-ditta b’tant passjoni u tant elokwenti li tant iħobb lil Malta u lil-linja tal-ajru favorita tagħha,” qal il-Kap Uffiċjal Kummerċjali Philip Saunders.

Il-vidjow sar mill-aġenzija tal-marketing tal-Air Malta BRND WGN


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!