John Rhys-Davies jivvjaġġa mal-Air Malta

Diċembru 4, 2014

Data: Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru 2014
Ref: 093 - 2014 MT

L-attur minn Wales John Rhys-Davies dan l-aħħar ivvjaġġa fuq it-titjira KM116 tal-Air Malta minn Malta lejn l-ajruport ta’ Gatwick fl-Londra.

Is-Sur Rhys-Davies huwa magħruf l-aktar għall-parti ta’ gwerrier nanu f’Lord of the Rings trilogy u għall-parti ta’ Sallah fil-films ta’ Indiana Jones, Raiders of the Lost Ark u Indiana Jones and the Last Crusade. Huwa ħadem ukoll fil-produzzjoni mill-ġdid tal-1993 tas-serje televiżiva The Untouchables u fil-film ta’ James Bond The Living Daylights. Kien ukoll il-vuċi ta’ Cassim f’Aladdin ta’ Disney u King of Thieves u May Ray f’SpongeBob SquarePants.

F'kumment dwar Malta u l-Air Malta s-Sur Rhys-Davies qal, "Gzira u poplu mill-aqwa, u linja tal-ajru Ii nieħu gost nivvjaġġa magħha  minħabba l-impjegati tagħha. Dkulin, ospitali u ġenerużi!"



(mix-xellug) il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina Shirley Jobson, il-Maniġer waqt it-titjira Joseph Aquilina, John Rhys-Davies u Vanessa Buhagiar.

Il-maniġer tal-kabina waqt it-titjira Joseph Aquilina qal, “Konna tassew sorpriżi meta rajna lis-sur Rhys-Davies abbord. Huwa kien verament ġentili u ħassejna ruħna kburin li noffrulu l-ospitalità u s-servizzi rinomati tal-linja tal-ajru tagħna. Li tiltaqa’ ma’ persuni bħal dawn jagħmilha divertenti u pjaċevoli li tkun membru tal-ekwipaġġ tal-kabina fuq it-titjiriet tal-Air Malta.” 

1